Wikipedija:Dwar: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 7:
Dawk li jżuru l-Wikipedija m'għandhomx bżonn ikollhom xi kwalifikazzjonijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom, billi r-rwol ewlieni tagħhom huwa li jiktbu artikli fuq dak li hu diġà magħaruf; dan ifisser li kull persuna ta' kull żmien, u minn kwalunkwe sfond kulturali u soċjali tista' tikteb artikli fuq il-Wikipedija. Ħafna mill-artikli jistgħu jiġu [[Għajnuna:Modifika|modifikati]] minn kulħadd b'aċċess għall-[[Internet]], sempliċiment billi jagħfas il-[[Hyperlink|ħolqa]] "editja din il-paġna". Kulħadd merħba bih li jżid informazzjoni, referenzi u ċitazzjonijiet, sakemm dawn ikunu fl-ispirtu tal-[[Wikipedija:Politika u gwida|politika tal-modifikar]] tal-Wikipedija u huma ta' standard xieraq. Informazzjoni li mhijiex ta' standard jew li hi kontroversjali aktarx tiġi mneħħija. L-utenti m'għandhomx jinkwetaw jekk jagħmlu żball b'aċċident meta jkunu qegħdin iżidu jew itejbu l-informazzjoni fuq il-Wikipedija, billi [[Wikipedija:Min jikteb il-Wikipedija|modifikaturi oħrajn]] huma dejjem hemm biex jagħtu parir jew jirranġaw żbalji ovvji, u s-software tal-Wikipedija huwa ddisinjat apposta biex l-iżbalji ta' modifikar ikun jistgħu jiġu rranġati bla tbatija.
 
Minħabba liBilli l-[[Wikipedija]] huwa proġett miftuħ, teknikament kulħadd jista' jagħmel kontribuzzjoni, u għalhekk hu differenti minn sorsi oħra ta' referenza li huma stampati, b'modi importanti. Partikolarment, artikli antiki jkunu aktar kompluti u bilanċjati, waqt li artikli ġodda spiss ikun fihom informazzjoni sinjfikanti ħażina, kontenut mhux enċiklopediku, jew [[Wikipedija:Vandaliżmu|vandaliżmu]]. L-utenti jrid jkollhom għarfien ta' dan sabiex ikunu jistgħu jġibu informazzjoni valida u tiġi evitata informazzjoni ħażina li ġiet miżjuda riċentament u għad ma ġietx imneħħija (ara ''[[Wikipedija:Tfittxija bil-Wikipedija|Tfittxija bil-Wikipedija]]'' għal aktar dettalji). Minkejja dan, il-Wikipedija qegħdha tiġi kontinwament aġġornata mhux bħal sors ta' referenza tal-karta, b'ħolqien u aġġornament ta' artikli fuq avvenimenti topikali fir-rata ta' sekonda, minuti jew siegħat, aktar milli xhur jew snin kif issir f'enċiklopediji printjati.
 
Aħna nistiednuk li tieħu ftit ħin biex taqra [[Wikipedija:X'mhix il-Wikipedija|X'inhu Wikipedija (u x'mhix)]], sabiex ikollhok għarfien ta' kif għandhek tikkonsulta u tikkontribwixxi fil-Wikipedija. Aktar informazzjoni fuq suġġetti prinċipali jinsabu hawn taħt. Jekk inti mintiex issib dak li qiegħed tfittex, prova: