Konfederazzjoni Oċeanika tal-Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 4:
|stampa_daqs = 200px
|mappa = OFC.svg
|mappa_desk = Membri tal-OFC huma kkuluriti ħodorsofor
|formazzjoni = [[15 ta' Novembru]] [[1966]]
|tip = Organizzazzjoni sportiva
Linja 16:
Il-'''Konfederazzjoni tal-Futbol Oċeaniku''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Oceania Football Confederation''), hi waħda mis-sitt żoni kontinentali tal-[[futbol]] internazzjonali, li tikkonsisti mill-[[Papwa Gwinea l-Ġdida]], [[Żelandja l-Ġdida]], u gżejjer żgħar bħat-[[Tonga]], il-[[Fiġi]] u pajjiżi oħra tal-[[Gżejjer Paċifiċi]]. Din il-federazzjoni tippromovi din il-logħba fl-[[Oċeanja]] u tiggwida lill-membri tagħha għall-kwalifikazzjoni tat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol|Tazza tad-Dinja]].
 
Mis-sitt konfederazzjonijiet, l-OFC hi l-iżgħar u l-inqas kompetittiva, fejn hi magħmula minn pajjiżi żgħar u ħafna drabi nazzjonijiet fqar, fejn il-logħba tal-futbol mhijiex l-iktar sport popolari. B'konsegwenza ta' dan, din l-assoċjazzjoni għandha ftit influwenza fuq il-futbol globali, kemm fil-kompetizzjonijiet li tospita kif ukoll fil-kwalità tal-plejers. Fl-[[2006]], l-ikbar u l-aktar skwadra b'suċċessi f'din il-federazzjoni, l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja|Awstralja]], ittrasferixxiet ruħha fiż-[[Konfederazzjoni tal-Futbol Ażjatiku|Żona Ażjatika]], biex ħalliet linliż-[[Tim nazzjonali tal-futbol ta' Żelandja l-Ġdida|Żelandja l-Ġdida]] bħala l-aktar prominenti fl-OFC.
 
==Storja==
 
Il-konfederazzjoni ġiet iffurmata fl-[[1966]]. Il-membri fundaturi kienu l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja|Awstralja]], [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' Żelandja l-Ġdida|Żelandja l-Ġdida]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Fiġi|Fiġi]]. Fl-[9961996, l-OFC kienet ikkonfermata bħala konfederazzjoni u ngħatat post fit-Tazza tad-Dinja. Fl-1998, il-federazzjoni ħarġet l-emblema l-ġdida u r-rivista uffiċjali ntitulata "The Wave". Fl-[[24 ta' Mejju]] [[2004]], [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kaledonja l-Ġdida|Kaledonja l-Ġdida]] saret it-tnax-il membru tal-OFC. Fl-[[1 ta' Jannar]] [[2006]], l-Awstralja nqatet mill-federazzjoni biex ingħaqdet maż-Żona Ażjatika. Minħaba f'hekk, il-proċess ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kien ġie modifikat, fejn ippermetta lill-aqwa tim mill-[[Oċeanja]] biex jikkompeti f'logħba eliminatorja ta' żewġ legs kontra l-ħamsa l-aqwa tim klassifikat mill-[[Asja]].
 
==Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja==