Wikipedija:L-ebda attakk personali: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 6:
Id-dibattitu hu parti essenzjali tal-kultura tal-Wikipedija. Kontributuri differenti xi kultant ma jaqblux mal-kontenut f'xi artiklu. Xi kontributuri huma membri ta' komunitajiet li jixtiequ li jkollhom il-fehma tagħhom inkluża fl-artiklu. L-għaqda ta' dawn il-fehmiet joħolqu artikli aħjar, u artikli aktar [[Wikipedija:NPOV|NPOV]] għal kulħadd. Kull min jeditja artiklu hu parti mill-istess komunità kbira — aħna lkoll [[Wikipedjani]].
 
L-edituri għandhom ikunu ċivili u jagħmel użu tajjeb ta' [[Għajnuna:Wikiquette|etikett tal-wiki]] meta jesprimu diżapprovazzjoni. Bħala mod ta' pulitezza, il-kummenti m'għandhomx ikunu ndirizzati personalment imma għandhom ikunu diretti għall-kontenut u l-azzjonijiet aktar milli għan-nies. Madanakollu, meta ma jkunx hemm qbil fuq il-kontenut, meta tirreferi għal edituri preċedenti mhux dejjem hu attakk personali. M'hemm xejn ħażinKitba li tgħid "L-istqarrija tiegħek dwar X hi ħażina minħabba l-informazzjoni f'Y", jew "Il-paragrafu li żidt f'dan l-artiklu jidher bħar-l hu riċerka oriġinali", ma jitqiesx bħala attakk personali. Ir-risposta approprjata għal stqarrijiet bħal dawn hi li tindirizza l-kwistjonijiet tal-kontenut aktar milli takkuża lill-persuna li mar kontra din il-politika. Takkuża lil xi ħadd mingħajr ġustifikazzjoni li qed tagħmel attakki personali hi wkoll forma ta' attakk personali.
 
===Attakki personali===