Egon Schiele: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 32:
 
==Ix-xogħol==
Dan hu karatteristiku ħafna, bl-linji kważi mnaqqxin, qawwijin, enerġitiċi u żgurżguri minnhom nfishom, xi drabi vjolenti. Schiele jpinġi l-ġisem uman b’mod remarkabbli li l-iskeletru ma jinħebiex taħt il-laħam, d-disin isegwi l-loġika tal-muvimenti u l-qagħda, u hekk jikseb tliet dimensjonijiet, minflok tnejn bħal ma jiġri spiss fil-każ ta’ pitturi oħra. Schiele kien jistudja l-qagħda tal-pazjenti fl-isptar psikjatriku kif ukoll il-pożizzjonijiet tal-marjunetti bl-ispag. Ir-ritratti u n-nudi tiegħu huma maqbudin f’pożi mhux tas-soltu, xi drabi qieshom ta’ karikaturi u xi mdaqqiet għandhom ix-xeħta ta’ pupi "bla ġogi".
 
Schiele pinġa xi mitt awtoritratt, xi mdaqqiet juri ruħu għarwien, wiċċu mixrub u tturmentat, jew imwerreċ ikrah, allużjoni umoristika għal kunjomu "schielen" li bil-[[Ġermanja|Ġermaniz]] tfisser "twerriċa", u xi kritiċi ostili ipprofitaw ruħhom minn din il-logħoba fuq il-kliem.