Joe Sacco: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
''meħud'' flok "miġbud''
No edit summary
Linja 2:
'''Joe Sacco''' (twieled [[1960]]) huwa artista tal-[[komiks]] (wkoll magħrufin bħala [[strixxikli]]) u [[ġurnalista]] Malti. Ħa fama internazzjonali fl-1996 meta ingħata l-[[American Book Award]] għall-istrixxiklu ''[[Palestine (strixxiklu)|Palestine]]''. Huwa wkoll famuż għall-istrixxiklu fuq il-[[Gwerra tal-Bosnja]] bl-isem ta' ''[[Safe Area Goražde]]''.
 
Sacco twieled Malta f'[[Ħal-Kirkop]] fl-1960<ref name="drawnquarter">[[Drawn and Quarterly]] (2004). [http://www.drawnandquarterly.com/artBio.php?artist=a3dff7dd55575b Joe Sacco: Biography]. Kontenut meħud 22. Mejju 2008.</ref>. Missieru kien [[inġinier]] u ommu [[għalliem|għalliema]]<ref name="guardian">Duncan Campbell (October 23, 2003). [http://www.guardian.co.uk/g2/story/0,3604,1068677,00.html 'I do comics, not graphic novels']. ''[[The Guardian]]''. Kontenut meħud 22. Mejju 2008.</ref>. Ta'sena il-familja tiegħu emigrat lejn l-[[Awstralja]] <ref name="readyourselfraw">Read Yourself RAW. [http://www.readyourselfraw.com/profiles/sacco/profile_sacco.htm Profile: Joe Sacco]. Kontenut meħud 22. Mejju 2008.</ref> fejn għadda tfulitu sakemm fl-1972, fl-età ta' 12 il-sena, flimkien mal-familja tiegħu, mar [[Stati Uniti|l-Istati Uniti]] ([[Los Angeles]])<ref name="drawnquarter"/>. Għamel l-ewwel esperjenzi fil-[[ġurnaliżmu]] meta beda jaħdem fil-gazzetta ta' l-iskola [http://www.beavton.k12.or.us/sunset/ Sunset High School] f'Beaverton, [[Oregon]]. Waqt li il-Ġurnaliżmu kien l-interess ewlieni tiegħu, dan kien wkoll żmien fejn żviluppa xejra umoristika u satirika. Iggradwa minn-Sunset High School fl-1978. Beda studju tal-[[ġurnaliżmu]] fl-Università ta' Oregon u ggradwa hemm b'[[B.A.]] fl-1981. Wara impjieg qasir mal-ġurnal tal-Għaqda Nazzjonali tan-Nutara (Amerikani), xogħol li biħ b'ebda mod ma stagħdar <ref name="guardian"/>, tilef kull-xewqa li jisr ġurnalista. Fl-1983 iddeċida li jmur Malta. F'intervista fuq il-[[BBC]] jgħid: "...I sort of decided to forget it and just go the other route, which was basically take my hobby, which has been cartooning, and see if I could make a living out of that,"<ref name="BBC">Ben Arnold (August 27, 2004). [http://www.bbc.co.uk/collective/audio/joesacco1.ram Tele-intervista ma Joe Sacco] (fajl Awdjo [[.ram]], sors: [http://www.bbc.co.uk/dna/collective/A2948123 Interview with Joe Sacco]. ''[[BBC]]''. URL meħud 26, 2006.</ref>. F'Malta fejn beda jaħdem bħala artista ta' komiks romantiċi f'sensiela ta' strixxikli jisimhom [[Imħabba Vera]]. Kien proprija b'dan ix-xogħol li Joe Sacco beda l-karriera tiegħu ta’ artista tal-komiks. Waqaf f’għaddjaħdem fuq dan il-proġett fl’għadd 6 tal-pubblikazzjoni meta irritorna lura lejn l-Amerka. Is-sensiela kienet suċċess. Aktar minn hekk kienet pass importanti fl-iżvilupp tal-komiks f'Malta <ref name="imabba-vera"><i>"Imħabba Vera kien strixxiklu li ħareġ għall-arja dak li qabel qatt ma kien għadu deher fil-pubblikazzjonijiet Maltin. Sa l-1984 l-influs barrani kien ikkontrollat u ċ-ċensura kienet għadha meqjusa importanti."</i> [http://strixxikli.weebly.com/imabba-vera.html Malta Comics]. URL meħuda 26 April 2008</ref>.