Wikipedija:Politika dwar it-tħassir: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 104:
 
===Reviżjoni ta' tħassir===
 
Jekk temmen li paġna kienet ġiet imħassra bi żball, jew kellha tiġi mħassra u ma ġietx, jew diskussjoni fuq tħassir kienet ġiet imwaqqfa b'mod skorrett, int tista' tiddiskuti mal-persuna li effettwat it-tħassir, jew li għalaq id-dibattitu, fuq il-paġna ta' diskussjoni. Jekk l-eżitu ma jkunx solvut, int tista' tagħmel rikjesta biex tiġi riveduta t-tmiem tad-diskussjoni fuq [[Wikipedija:Rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna]].
 
Jekk paġna ġiet imħassra mingħajr ebda proċess, allura amministratur jista' jagħżel li jirkupraha immedjatament. F'każi bħal dawn, l-amministratur li ħassar il-paġna irid ikun infurmat. Madanakollu, li tiġi rkuprata xi ħaġa mingħajr ma tikseb kunsens tista' tidher bħala interuzzjoniji, u għalhekk dawn għandu jittieħdu b'kura.
 
Jekk paġna kienet ġiet imħassra taħt [[#Tħassir propost|Tħassir propost]], allura din trid tiġi rkuprata minnufih mar-rikjesta. Madanakollu, din tista' tiġi mwassla fuq [[Wikipedija:Paġni għat-tħassir|WP:Paġni għat-tħassir]].
 
Jekk artiklu kien imħassar minħabba nuqqas ta' kontenut jew minħabba li kellu kontenut inapproprjat (din tapplika l-aktar għal ħafna mit-tħassir immedjat) u tixtieq li toħloq artiklu aħjar dwar l-istess suġġett, int tista' sempliċiment toħolqu, mingħajr ebda bżonn ta' reviżjoni. Hu telf ta' ħin li tmur f'reviżjoni ta' tħassir ta' stub mingħajr sors, meta l-alternattiva hi li toħloq artiklu bis-sors.
 
*'''Fejn issibhom:''' [[Wikipedija:Rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna]]
*'''Kif tamilha:''' Segwi l-istruzzjonijiet fuq il-paġna msemmija
*'''Jekk ma taqbilx:''' Mur fil-paġna u spjega għala ma taqbilx.
*'''Rinominazzjonijiet:''' Bħala m'hu l-każ dwar diskussjoni fuq it-tħassir, ċerti ammont ta' ta' żmien irid jgħaddi bejn nominazzjonijiet ripetuti għal reviżjoni ta' tħassir, u dawn ir-rikjesti jridu jkunu konsidrati fid-dawl tal-politika. Rinominazzjonijiet li huma neqsin minn argumenti jew evidenzi ġodda huma probabbli li jingħalqu mill-ewwel.
 
==Aċċess għal paġni mħassrin==
 
Paġni li ġew imħassra ma jistgħux ikunu aktar viżibbli, imma temporanjament jibqgħu fid-database u huma aċċessibbli mill-amministraturi, flimkien mal-kronoloġija tagħhom. Kull utent b'raġuni ġenwina jista' jagħmel rikjesta biex jara temporanjament paġna mħassra. Għandek tkun taf li dawn ir-rikjesti huma miċħuda jekk il-kontenut kien ġiet imħassar minħabba raġunijiet legali (bħal diffamazzjoni jew vjolazzjoni tal-copyright), jew jekk ma tingħatax l-ebda raġuni valida għar-rikjesta.
 
==Ara wkoll==