Wikipedija:Politika dwar it-tħassir: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 72:
Xi paġni jistgħu jiġu mħassrin mingħajr ebda diskussjoni jekk jilħqu waħda mill-[[Wikipedija:Kriterji għat-tħassir immedjat|kriterji għat-tħassir immedjat]]. Paġni fuq tħassir propost jew diskussjoni fuq it-tħassir (ara hawn isfel) huma xorta suġġett għat-tħassir minnufih, li tissupera l-proċess l-ieħor.
 
*'''Fejn issibhom:''' Lista tal-paġni kollha, senjalati għat-tħassir immedjat jistgħu jinstabu fuq [[:Category:Għat-tħassir immedjat]].
*'''Kif tamilha:''' L-amministraturi jistgħu jħassru paġni bħal dawn mal-ewwel, anke jekk ikunu kontestati. Edituri oħra jistgħu jagħmlu rikjesta għat-tħassir immedjat billi jimmodifikaw il-paġna relevanti u jżidu template tat-tħassir immedjat fil-parti ta' fuq tal-paġna.
*'''Jekk ma taqbilx:''' Kulħadd barra l-kreatur tal-paġna jista' jikkontesta t-tħassir immedjat ta' paġna billi jneħħi l-avviż tat-tħassir mill-paġna. Jekk paġna li ħloqt int hi senjalata għat-tħassir immedjat, int tista' żżid {{tl|kontkontest-tħassir}}, jew inkella tejjeb il-paġna jew spjega r-raġuni fil-paġna ta' diskussjoni. Din it-template tgħin biex tagħti ftit aktar ħin; il-paġna tista' tiġi xorta mħassra jekk tilħaq il-[[Wikipedija:Kriterji għat-tħassir immedjat|kriterji għat-tħassir immedjat]]. Jekk paġna tkun ġiet imħassra immedjatament u m'hemmx qbil fuq jekk kellhiex tiġi mħassra jew le, din għandha tiġi diskussa fuq rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna, deskritta hawn isfel.
*'''Rinominazzjonijiet:''' Kemm jekk paġna tikkwalifikax għall-kriterji għat-tħassir immedjat jew le. Jekk hemm argument fuq jekk paġna tilħaqx il-kriterji, l-affari tiġi mposta fuq id-diskussjonijiet għat-tħassir.
 
===Tħassir propost===
 
Editur li jemmen, mingħajr ebda kontroversja, li paġna ma tippartjenix għal enċiklopedija jista' jipproponi t-tħassir tagħha. Dawn il-paġni jistgħu jkunu mħassra minn amministratur jekk, wara ħamest ijiem, ħadd ma joġġezzjoni t-tħassir propost. Jekk ikun hemm xi oġġezzjoni jew diskussjoni fuq it-tħassir, paġna tista' ma tkunx proposta għat-tħassir għal darb'oħra. Dan il-proċess japplika biss għal paġni bl-ispazju ta' l-isem Artiklu, User, u User talk.
 
*'''Fejn issibhom:''' Lista tal-paġni kollha, senjalati għat-tħassir immedjat jistgħu jinstabu fuq [[:Category:Tħassir propost]].
*'''Kif tamilha:''' Immodifika l-paġna biex iżżid it-test segwenti fil-bidu: <nowiki>{{</nowiki>subst:[[Template:prop-tħassir|prop-tħassir]]|raġuni<nowiki>}}</nowiki>, fejn tikteb il-motiv fil-parametru "raġuni".
*'''Jekk ma taqbilx:''' Kwalunkwe editur li ma jaqbilx ma' tħassir propost jista' sempliċiment ineħħi t-template. Anke meta l-paġna titħassar, kwalunkwe modifikatur jista' jkollu l-paġna restawrata minn amministratur billi sempliċiment isaqsi. Fiż-żewġ każijiet, l-editur hu inkoraġġut biex isolvi l-problema, li jkun intebaħ biha, mal-paġna.
*'''Rinominazzjonijiet:''' Meta paġna jkollha t-tħassir propost oġġezzjonat, din ma tistax terġa' tiġi proposta għat-tħassir. Jekk editur xorta jibqa' tal-fehma li għandha tiġi mħassra, diskussjoni dwar it-tħassir għandha tiġi wżata, kif indikata hawn isfel.
 
==Ara wkoll==