Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Gowler"

No change in size ,  12 snin ilu
l-ebda taqsira
[[Image:Soccer goalkeeper.jpg|300px|thumb|Il-gowler jilqa' l-ballun]]
F'diversi [[sport]] tat-timijiet, il-'''gowler''' hu plejer definit li għandu x-xogħol li jwaqqaf direttament lill-iskwadra avversarja biex tiskorja fil-lasta tiegħu. Din il-pożizzjoni teżisti fil-[[futbol]], fil-[[futbol Galliku]], fil-[[futbol tar-regoli internazzjonali]], fil-[[handball]], fil-[[hockeyħokì]], fin-[[netball]], fil-[[water polo]], fil-[[lacrosse]], fil-[[floorball]] u fi sport oħra.
 
==Ħarsa ġenerali==
 
Komunament, regoli speċjali japplikaw għall-gowler li ma japplikawx għall-plejers l-oħra. Dawn ir-regoli huma ħafna drabi applikati biex jipproteġu lill-gowler, minħabba li hu ikun, f'diversi drabi, bersall f'azzjonijiet perikolużi jew anki vjolenti. F'ċerti sport, bħall-hockeyħokì fuq is-silġ, il-gowlers ikollhom bżonn jilbsu fornimenti speċjali bħall-maskla fil-wiċċ biex jevitaw l-impatt tal-''puck''. Fil-futbol, il-gowlers fil-biċċa l-kbira jilbsu l-ingwanti biex jipproteġu l-idejn u jkunu jistgħu jikkontrollaw aktar il-ballun meta jkun f'idejhom.
 
==Eżempji==
Fil-[[hurling]], l-inkarigu tal-gowler hu li jevita li jkun skurjat xi gowl fil-lasta tiegħu. Gowl ikun mogħti jekk jidħol fil-lasta; it-tim attakkant jingħata 3 punti. Il-gowler m'għandux regoli speċjali li jħarsuh, ħlief li jilbes flokk ta' kulur differenti.
 
===HockeyĦokì fuq is-silġ===
[[Image:Hockey goal cmd 2004.jpg|300px|thumb|Il-"Goaltender" tal-hockeyħokì fuq is-silġ]]
Il-gowler (bl-Ingliż imsejjaħ '''goaltender''' f'dan l-isport, imma wkoll '''goalie''' jew '''netminder''') fil-[[hockeyħokì fuq is-silġ]] hu l-plejer li jiddefendi l-lasta tat-tim tiegħu fejn iwaqqaf xuttijiet tal-''puck'' li jkunu se jidħlu fix-xibka, u b'hekk jimpedixxi li l-iskwadra avversarja tiskorja. Il-gowler jilgħab ħafna drabi ġewwa jew qrib il-kaxxa ta' quddiem il-lasta li bl-Ingliż tissejjaħ ''goal crease'' (jew sempliċiment ''the crease''). Minħabba s-saħħa tax-xuttijiet u l-frekwenza tagħhom, il-gowler jilbes ħwejjeġ speċjali biex jipproteġulu ġismu mill-impatt dirett. Wieħed biss jista' jagħmel il-gowler matul il-partita tal-hockeyħokì u mhux aktar.
 
====Privileġġi====
 
Il-gowler hu tipikament pożizzjoni speċjalizzata fil-hockeyħokì fuq is-silġ; fuq livell professjonstiku fil-partiti, l-ebda gowler ma jilgħab f'ebda pożizzjoni oħra u dan jgħodd ukoll għall-plejers l-oħra li dawn ukoll ma jistgħux jieħdu l-irwol ta' gowler. Tim tal-hockeyħokì fuq is-silġ jista' jkollu 2 jew 3 gowlers fl-iskwadra. Il-gowler igawdi minn privileġġi partikulari li l-plejers l-oħra m'għandhomx: hu jilbes ħwejjeġ differenti mill-plejers l-oħra. Il-gowler jista' jżomm jew iwaqqaf legalment il-''puck'' b'idejh fejn jipprovoka interuzzjoni fil-logħob. Jekk plejer tat-tim avversarju jolqtu mingħajr ma jagħmel sforz biex jevitah, dan il-plejer ikun penalizzat. F'ċerti kampjonati, jekk il-mazza tal-gowler tinkiser, hu jista' jkompli jilgħab bil-mazza miksura sakemm il-logħob ikun imwaqqaf, b'differenza tal-plejers l-oħra li jridu jwaqqgħu l-mazza jekk tinkiser.
 
====Salvataġġi====
[[Category:Terminoloġija tal-futbol]]
[[Category:Handball]]
[[Category:HockeyĦokì]]
[[Category:Water polo]]
[[Category:Lacrosse]]