Difensur: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
New page: 300px|thumb|Difensur (bl-uniformi bajda) jaffronta lill-attakkant avversarju Fil-logħba tal-futbol, id-'''difensur''' hu dak il-plejer li jkun imsej...
 
No edit summary
Linja 2:
Fil-logħba tal-[[futbol]], id-'''difensur''' hu dak il-plejer li jkun imsejjaħ biex jiddefendi l-iskwadra tiegħu mill-azzjonijiet ta' l-[[attakkant]]i tat-tim avversarju.
 
===Difensur ċentrali===
 
Ix-xogħol tad-difensur ċentrali jew ''stopper'' hu li jwaqqaf il-plejers tat-tim oppost, partikularment lill-attakkanti, milli jiskurjaw, u jevitaw li l-ballun jidħol fil-[[kaxxa tal-penalty]]. Kif l-isem tagħhom stess jissuġġerixxi, huma jilgħabu f'pożizzjoni ċentrali. Ħafna timijiet jużaw żewġ difensuri ċentrali, li jkunu quddiem il-[[gowler (futbol)|gowler]]. Hemm żewġ strateġiji difensivi wżati minn difensuri ċentrali: id-difiża ta' żona, fejn id-difensur ċentrali jżomm erja speċifika tal-grawnd, u d-difiża ta' plejer, fejn kull difensur ċentrali jieħu l-inkarigu li jżomm plejer partikulari ta' l-opponenti.
Linja 12:
Fil-ġurnata tal-lum insibu diversi difensuri popolari, u fost dawn insibu lil [[Rio Ferdinand]], [[Nemanja Vidić]], [[John Terry]], [[Alessandro Nesta]], [[Carles Puyol]], [[Fabio Cannavaro]], [[Marco Materazzi]], [[Ricardo Carvalho]], [[Rafael Márquez]], [[William Gallas]], [[Ivan Cordoba]] u [[Lúcio]].
 
===Libero===
 
Din it-tip ta' pożizzjoni hi aktar versatili milli dik tad-difensur ċentrali, fejn plejer ''libero'' (bil-[[lingwa Maltija|Malti]]: "liberu") jgħin biex ineħħi l-ballun mit-tim oppost jekk dan ta' l-aħħar jilħaq jaqbeż il-linja difensiva. Il-pożizzjoni tiegħu jew tagħha hi aktar fluwida mid-difensuri l-oħra li jkunu nkarigati biex jimmarkaw plejer partikulari. L-abilità li plejer liberu jaqra l-logħba hi aktar vitali milli għal difensur ċentrali. Plejer liberu hu ħafna drabi mistenni li jibda' l-kontrattakki, u b'hekk ikollu bżonn l-abilità fuq il-kontroll tal-ballun u l-passaġġi minn difensur ċentrali. [[Franz Beckenbauer]] hu tabilħaqq fost l-aqwa plejer liberu li qatt lagħbu din il-logħba.
Linja 18:
Xi plejers liberi jmorru fuq l-attakk u jiddistribwixxu l-ballun, waqt li oħrajn jinterċettu passaġġi u jieħdu l-ballun mill-oppożizzjoni mingħajr il-bżonn ta' daħliet fuq il-plejers. Fil-futbol modern, l-użu ta' plejer f'din il-pożizzjoni saret aktar ristretta hekk kif ftit klabbs fl-aqwa kampjonati jużaw din il-pożizzjoni.
 
===Fuq il-faxex===
 
Il-plejers fuq il-faxex jieħdu post ta' l-estremitajiet tad-difiża, fuq iż-żewġ naħat tal-linja difensiva. L-għan tagħhom hu li jipprevjenu li plejers opposti jagħtu passaġġi jew jinfiltraw lejn il-kaxxa tal-penalty minn dawk in-naħat. F'ċerti sistemi difensivi, il-plejers fuq il-faxex jimmarkaw plejer partikulari. Ħafna drabi, huma jkunu wkoll mistennija li jipprovdu dimensjoni ta' attakk meta jitilgħu jgħinu fuq l-attakk permezz tal-faxex.
Linja 26:
Xi plejers prominenti li jilgħabu fuq il-faxxa difensiva huma [[Ashley Cole]], [[Patrice Evra]], [[Daniel Alves]], [[Gianluca Zambrotta]], [[Philipp Lahm]], [[Roberto Carlos]], [[Javier Zanetti]], [[Clemens Fritz]] u [[Sergio Ramos]].
 
===Fuq il-ġwienaħ===
 
Difensuri fuq il-ġwienaħ huma varjazzjoni moderna ta' dawk fuq il-faxex b'emfasi ikbar fuq l-attakk. Dawn jintużaw ġeneralment f'formazzjoni ta' 3-5-2, u b'hekk tista' tiġi kkunsidrata bħala parti minn nofs il-grawnd. Jistgħu wkoll jintużaw fuq formazzjoni ta' 5-3-2 u b'hekk ikollhom rwol aktar difensiv.