Immakulata Kunċizzjoni: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
New page: Omm Alla, matul iż-żminijiet giet imsejha u mżejna b'diversi titli. Wieħed minn dawn it-Titli bikrija żgur li kien dak ta' l-Immakulata Kuncizzjoni. Il-Festa tiġi ċċelebrata madwar...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 12:44, 27 Ġunju 2008

Omm Alla, matul iż-żminijiet giet imsejha u mżejna b'diversi titli. Wieħed minn dawn it-Titli bikrija żgur li kien dak ta' l-Immakulata Kuncizzjoni. Il-Festa tiġi ċċelebrata madwar id-dinja nhar it-8 ta' Diċembru. Matul iż-żminijiet dan it-titlu ġie diskuss fit-tul min diversi għorrief u kittieba fosthom il-Beatu Duns Skotus, li bis-saħħa tiegħu l-Ordni Franġiskan baqa' marbut ma' din il-Festa. Iktar tard matul iż-żmien, laħaq kap tal-Knisja Kattolika Giovanni Maria Mastai Ferretti, li ħa l-isem ta' Papa Piju IX. Dan wara ħafna studju u riċerki li għamel, nhar it-8 ta' Dicembru, festa ta' Marija Immakulata, ħareġ f'San Pietru u ddefinixxa d-Domma ta' l-Immakulata, li biha ġie deċiż li Marija lanqas ghall-waqt wieħed biss ma setgħa jkun li tiċċappas mad-Dnub.

Minn dakinhar 'l hawn il-Knisja dejjem baqgħet tiċċelebra kif jixraq din il-festa.

Mhux ta' b'xejn li nhar it-8 ta' Diċembru minn fomm id-Devoti ta' Marija Immakulata toħroġ l-għajta ta:

KIEN IL-PAPA PIJU DISA' LI MINN ĠEJT IPPROKKLAMATA GĦALHEKK BIR-RAĠUN NGĦAJTU VIVA L-IMMAKULATA.