Mammiferu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 51:
Il-'''Mammiferi''' ([[Klassi|klassi]] '''MAMMALIA''') huma [[Klassi|klassi bioloġika]] ta' [[annimal]]i [[vertebrat]]i, ikkaratterizzati bil-presenza ta' glandoli ta' l-għaraq (inklużi dawk il-glandoli ta' l-għaraq li fin-nisa huma mmodifikati b' tali mod li jipproduċu l-[[ħalib]], 'l hekk imsejjħa [[glandoli mammarji]]), [[xagħar]] ([[suf]], [[pil]] jew [[fer]]), 3 għadmiet fil-widna nofsanija (li huma użati fis-smiegħ), u b' reġjun fil-moħħ imsejjaħ in-neokortiċi.
 
Il-mammiferi kollha minbarra il-[[Monotremata|monotremati]] minflok ibidu l-bajd, iwelldu iż-żagħarżgħar tagħhom mal-ewwel ħajjin u l-[[Plaċentat|plaċentati]] li huma l-akbar grupp fil-klassi Mammalia, tul it-tqala jew il-ġestazzjoni tagħhom jagħmlu użu minn [[plaċenta]]. Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi għandhom ukoll snien speċjalizzati. Il-moħħ tal-mammiferi jirregola ukoll is-[[Sistema Endotermika|sistema endotermika]] (din hija s-sistema li tirregola it-temperatura tal-ġisem u b' hekk il-mammiferi jissejħu annimali ta' demmhom sħun) u s-[[Sistema Ċirkolatorja|sistema ċirkolatorja]], li tinkludi [[qalb]] maqsuma f' 4 kavitajiet.
 
Mammiferi hemm 'il fuq minn 5,500 [[speċi]] (inkluż il-[[bniedem]]), b' daqs li jvarja mill-iżgħar jew wieħed mill-iżgħar li huwa l-[[farfett il-lejl b' imnieħru ta' qażquż ta' Kitti]] li ma jikbirx aktar minn 40 millimetru, għall-akbar mammiferu u l-akbar annimal li qatt eżista fid-dinja, il-[[baliena kaħla]] li kapaċi tilħaq it-33 metru. Dawn il-mammiferi qegħdin imqassmin bejn wieħed u ieħor f' 1,200 [[ġeneru|ġeneru]], f' 153 [[familja]] u f' 29 [[ordni]]<ref name=MSW3>{{MSW3}}</ref>, għalkemm dan ivarja minn klassifikazzjoni għal oħra u tagħmel differenza kbira ma' liema [[klassifikazzjoni xjentifika|skema]] wieħed jimxi.
 
Il-biċċa l-kbira tal-mammiferi jagħmlu parti mil-grupp tal-[[Plaċentat|plaċentati]]. L-akbar 5 [[ordni]]jiet fis-[[sottoklassi]] tal-plaċentati huma, ir-[[Rodentia|Rodenzja]] (il-mammiferi gerriema bħall-iskojjatli, l-ġrieden u l-firien), il-[[Chiroptera|Kiroptera]] (il-mammiferi li jtiru tajran ta' veru bħal-friefet il-lejl u l-volpijiet tal-ajru), il-[[Carnivora|Karnivora]] (il-mammiferi il-jieklu ill-laħam bhalbħal-klieb, il-qtates, l-orsijiet u l-bumerini), il-[[Primates|Primati]] (il-mammiferi primati bħal-galaguni, l-lemuri, il-marmosetti, ix-xadini u x-xadini antropomorfi bħal-gibbuni, l-orangi, l-gorilli, x-ximpanzè u l-bniedem), u ċ-[[Cetartiodactyla|Ċetarzjodaktila]] (il-mammiferi tad-dwiefer biż-żewġ bħaċ-ċriev, in-nagħaġ, il-mogħoż u l-baqar, flimkien mal-balieni).
 
[[Filoġenetika|Filoġenetikament]] il-klassi Mammalia tiġi definita bħala d-dixxendenti kollha tal-antenat komuni l-aktar reċenti tal-[[Monotremata|monotremati]] (eż., [[Ekidna|ekidni]] u [[Platipu|platipi]]) u [[Theria|terjani]] (il-[[Marsupju|marsupjal]]i u l-[[Plaċenta|plaċentat]]i). Dan ifisser li wħud milmill-gruppi estinti tal-mammiferi m' humiex membri tal-klassi Mammalia, alavoljaavolja l-maġġor parti l-kbira ta' dawn għandhom il-karatteristiċi kollha li tradizzjonalment kienu jikklassifikawhom bħala mammiferi. Normalment dawn il-"mammiferi" llum il-ġurnata saru jiġu kklassifikati bħala parti mil-klad bla rank '''[[Mammaliaformes]]'''.
 
Il-linja tad-dixxendenza tal-mammiferi iddiverġiet minn dik tas-sawropsidi lejn it-tmiem tal-perijodu [[Karboniferu]]. Is-sawropsidi komplew evolvew fir-rettili u fl-għasafar moderni tal-ġurnata tal-llumlum, filwaqt li mil-fergħa tas-sinapsidi li ddiverġiet minn dik tas-sawropsidi evolvew il-mammiferi. L-ewwel mammiferi veri dehru għalgħall-ewwel darba fil-perijoduperjodu [[Ġurassiku]]. L-ordnijiet tal-mammiferi moderni dehru fl-epoki tal-[[Palaeoċen]] u l-[[Eoċen]] tal-perijodu [[Palaeoġen]].
 
[[Image:Echinda burningwell.jpg|thumb|310px|none|[[Ekidna tal-munqar qasir]] (''Tachyglossus aculeatus'') hija speċi ta' mammiferu li tagħmel parti mis-sottoklassi [[Prototheria]] li huma magħrufin ukoll bħala [[mammiferu monotremat|mammiferi monotremati]]]]