Michel de Montaigne: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
mNo edit summary
Linja 8:
Fosthom, Pierre Eyquem, kien l-ewwel wieħed li mar jogħqod b’mod permanenti fil-kastell li rrestawra u ffortifika. Dan kien iġġieled l-Italja u fl-1528 iżżewweġ lil Antoinette de Louppes, bint merkant ta’ Toloża ta’ oriġni [[marrano|marrana]]. Pierre Eyquem irċieva t-titlu nobiljari fl-1519 u ġie elett sindku ta’ [[Bordeaux]] fl-1554.
 
Michel kien l-ewwel tifel tal-koppja li għex u kien il-kbir fost seba’ aħwa. Missieru ried itiehjagħtih edukazzjoni skond il-prinċipji ta’ l-umaniżmu tas-seklu XVI. Skond Montaigne stess, bagħtuh jitrabba ma’ familja f’raħal fqir biex jidra ''mod ta’ għixien iżjed umli u ordinarju'' (''Saġġi'', III, 13). Meta kellu tliet snin haduhħaduh lura l-kastell, u tawh bħala għalliem tabib Ġermaniż jismu Hortanus, li kellu l-ordni li jkellmu bil-Latin biss, bħal bqija tal-familja. Ta’ tlettax-il sena, meta kien għadu jaf jitkellem bil-Latin biss, bagħtuh il-kulleġġ ta’ Guyenne f’[[Bordeaux]], post importanti ta’ l-umaniżmu Bordoliż, fejn tgħallem il-Franċiż, il-Grieg antik, ir-retorika u t-teatru.
 
Ma nafux jekk kienx f’[[Toloża]] jew [[Pariġi]] fejn, aktarx bejn l-1546 u l-1554, temm l-istudju tal-liġi li kien ħa jkun indispensabbli għall-attività futura tiegħu. Fl-1557 sar kunsillier fil-"Cour des Aides" (Qorti ta’ l-Għenniena) ta’ Périgueux li wara ngħaqad mal-Parlament ta’ Bordeaux. Baqa’ f’dil-ħatra għal tlettax-il sena u mar fuq bosta missjonijiet il-qorti ta’ [[Franza]]. Mill-1561 sa l-1563 kien jagħmel parti mill-qorti ta’ Karlu IX ta’ Franza.
Linja 14:
Fl-1558 iltaqa’ ma’ Étienne de La Boétie, il-kollega tiegħu fil-parlament, tliet snin ikbar minnu, u sar ħabib tal-qalb tiegħu. Il-ħsieb, mimli stoiċiżmu, ta’ de La Boétie, kellu influwenza qawwija fuqu.
 
Fit-23 ta’ Settembru 1565]], iżżewwweġ lil Françoise de La Chassaigne, bint Joseph de La Chassaigne (1515-1572), sinjur ta’ Javerlhac, kunsillier tar-re u president tal- Parlament ta’ Bordeaux fl-1569. Françoise kienet tnax-il sena iżgħar minnu. Twieldulhom għaxart-ibniet li fosthom waħda biss — Léonor de Montaigne — għexet. Jidher li ż-żwieġ ma kellux importanza kbira fil-ħajja emozjonali ta’ Montaigne. Il-miżżewwġin kienu jorqdu separati, ħaġa spissa f’dak iż-żmien, u Montaigne, imħabbat b’attivitajiet oħra, kien kuntent li jħalli 'l- martu tieħu ħsieb il-proprjetà tiegħu.
 
MinnMin naħa l-oħra, il-ħbiberija ma’ Étienne de La Boétie, li bdiet fl-1558, kienet ta’ importanza profonda. Il-mewt ħesrem ta’ ħabibu, erba’ snin wara, ħalliet f’Montaigne vojt insopportabbli li esprimih fis-saġġju ''De l'amitié'':
{{Iċċita|[...] jekk inqabbel il-ħajja kollha li baqagħli ma’ dawn l-erba’ snin li tagħni rigal, tidher mhux ħlief duħħan, xejn ħlief lejla mdallma ta’ dwejjaq [...] l-istess pjaċiri li toffri, minflok ma’ jsabbruni, jirduppjaw in-niket tat-telfa tiegħu [...]}}
 
Linja 22:
L-ewwel xogħol ippublikat ta’ Montaigne (1568-1569), miktub biex jikkuntenta l-missieru, kien it-"Teoloġija naturali ta' Raymond Sebond", fejn jipprova "juri l-verità tal-fidi Nisranija u Kattolika", u juża forma letterarja li tikkonsisti f’li iġġiegħlek taħseb li qiegħed taqra traduzzjoni mil-Latin għall-Franċiż.
 
=== L-irtir għall-ħajja privata u l-ktibktieb tas-"Saġġji" ===
Mill-1570, irtira fl-artijiet tiegħu u ddedika ruħu għall-istudju u l-meditazzjoni.
Kif jixraq lil [[umaniżmu|umanista]] u ammiratur ta’ [[Virġilju]] u ta’ [[Ċiċeruni]], Montaigne għażel il-bniedem, u lilu innifsu in partikulari, bħala l-oġġett ta’ l-istudju fix-xogħol ewlieni tiegħu, is- ''[[Saġġji]]'', li beda jaħdem fuqhom mill-1571. Waqt li jikkumenta fuq il-klassiċi, bħal [[Plutarku]], [[Luċju Anneo Seneka|Seneka]] u [[Tito Lukrezju|Lukrezju]], Montaigne analizza l-kundizzjoni umana u l-ħajja ta’ kuljum, b’kapaċità rari ta’ introspezzjoni ħielsa mill-preġudizzji. L-għan tiegħu kien li jikxef il-maskri u t-tiżjin biex juri il-verità ċara u tonda. Dan, xogħol mingħajr preċedenti għas-sinċerità u l-introspezzjoni, hu ritratt ta’ [[xettiċiżmu|xettiku]] li għalih id-duttrini riġidi wisq u ċ-ċertezzi għomja għandhom jiġu ikkundannati. L-influwenza tiegħu fuq il-filosofija ta’ Franza u tal-punent kienet kolossali.