Kaptan (futbol): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
New page: thumb|Il-faxxa milbusa mill-kaptan tat-[[tim nazzjonali tal-futbol ta' l-Ingilterra]] Il-'''kaptan tat-tim''' tat-tim tal-futbol, hu membru ta' tim li hu ...
 
No edit summary
Linja 7:
 
F'futbol rikreazzjonali jew ġovanili, il-kaptan ħafna drabi jieħu d-doveri li jkunu delegati mill-kowċ. Il-kaptan hu dak il-persuna ta' stimolu għat-tim kollu. Ukoll, il-kaptani jingħaqdu mal-kowċ biex jagħmlu deċiżjonijiet fuq l-għażla tat-tim titulari għal partita partikulari.
 
==Pożizzjonijiet relatati==
 
===Kaptan tal-klabb===
 
''Kaptan ta' klabb'' ikun appuntat ġeneralment għal [[staġun (sport)|staġun]]: jekk ma jkunx jista' jattendi għal partita partikulari jew ma jkunx magħżul, il-viċi-kaptan jieħu postu. Il-kaptan ta' klabb ħafna drabi jieħu rwol speċifiku f'relazzjonijiet ma' l-[[stampa|istampa]] bħala raprreżentant tat-tim u jkun l-ewwel plejer li jerfa' t-[[trofew]] jekk it-tim jirbaħ wieħed. Madanakollu, klabb jista' jappunta żewġ kaptani għal żewġ rwoli distini: kaptan biex jirrapreżenta lill-plejers f'relazzjonijiet pubbliċi, u kaptan ieħor bħala l-kap fil-grawnd.
 
L-għażla ta' kaptan hi komunament ikkunsidrata bħala għażla importanti għall-kowċ ta' klabb tal-futbol: il-kaptan hu fil-fatt mistenni li jkun il-korrispondent tal-kowċ fil-grawnd. Ir-relazzjonijiet bejn dawn it-tnejn hi waħda kruċjali. L-istess jgħodd għar-rapport bejn hu u l-partitarji. Kwalitajiet li għandu jħaddan kaptan jinkludu d-determinazzjoni u stamina, fejn hu jkun kapaċi li jikkomunika ma' kulħadd, u jkun plejer intelliġenti fit-tattiċi. Kaptani tal-klabbs jistgħu jieħdu wkoll ċerti responsabilitajiet fi ħdan l-istaff tal-logħob, bħal jorganizza avvenimenti li jkabbru l-moral u jagħti ħarsa lejn plejers aktar ġovanili.
 
===Viċi-kaptan===
 
''Viċi-kaptan'' hu plejer li hu mistenni li jkun kaptan ta' l-iskwadra meta l-kaptan tal-klabb ma' jkunx inkluż ma' l-ewwel ħdax, jew jekk il-kaptan tal-klabb ikun sostitwit.
 
Fl-assenza, il-viċi-kaptan jieħdu l-irwol ta' kaptan. Jekk il-kaptan kurrenti jkun magħżul fl-iskwadra għal dik il-logħba, u jidħol bħala sostitut, allura l-viċi-kaptan jagħti l-faxxa ta' kaptan lilu għal tul il-partita kollha.
 
Id-doveri ta' viċi-kaptan m'humiex biss li jmexxi lit-tim meta l-kaptan ma jkunx qed jilgħab. L-irwol tiegħu jivolvu wkoll li jmexxi l-plejers mal-kaptan u jgħin ukoll lil plejers ġovanili biex jiżviluppaw.
 
L-għażla tal-viċi-kaptan issir ukoll mill-[[kowċ]] fil-bidu ta' l-istaġun, flimkien mal-kaptan.
 
==Kaptani rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja==