Content deleted Content added
Linja 601:
=Xogħol Miexi - Beethoven=
[[Image:Beethoven.jpg|thumb|right|250px|Ludwig van Beethoven jaħdem fuq il-''[[Missa Solemnis (Beethoven)|Missa Solemnis]]'', pittura ta' Joseph Karl Stieler, 1820.]]
'''Ludwig van Beethoven''' (<small>''pron. bil-[[Ġermaniż]] :''</small> API: [ˈluːt-vɪç-fan-ˈbeːt-hoː-fn])(twieled [[Bonn]] fis-16 jew 17 ta’ Diċembru u miet [[Vjenna]] fis-26 ta’ Marzu 1827) kien [[kompożitur]] [[Ġermanja|Ġermaniż]] li x-xogħol tiegħu jinfirex kronoloġikamentfiż-żmien mill-perijodu klassiku għall-bidu tar-romantiċiżmu.
 
 
 
Bħala l-aħħar rappreżentant tal-klassiċiżmu [[Vjenna|Vjenniż]] (wara [[Christoph Willibald Gluck|Gluck]], [[Joseph Haydn|Haydn]] u [[Wolfgang Amadeus Mozart|Mozart]]), Beethoven ħejja t-triq għall-evoluzzjoni lejn ir-romantiċizmu fil-mużika u influwenza l-mużika tal-punent matul parti kbira tas-seklu XIX. Kien inkomparabbli ("Tagħtini l-impressjoni li inti bniedem b’ħafna mħuħ, ħafna qlub u ħafna rwieħ" <ref name=Massin>Estratt minn taħdita bejn Haydn u Beethoven irrapurtata mill-flawtista Louis Drouet, f’: Massin J u B, ''Ludwig van Beethoven'', Fayard, 1967, p. 45</ref> qallu Haydn lejn l-1793) u esprima l-arti tiegħu fil-forom kollha ta’ mużika. Minkejja li l-[[mużika sinfonika]] kienet il-kawża prinċipali tal-popularità universali tiegħu, kienet il-kitba pjanistika u l-[[musica da camera]] li għamlu l-ikbar impatt.
 
Bill-qawwa tar-rieda tiegħu rebaħ fuq it-tiġrib li ġabitlu t-traġedja tat-truxija u ċċelebra fil-mużika tiegħu it-trijomf ta’ l-eroiżmu u l-ferħ waqt li d-destin tah biss iżolament u miżerja. Għalhekk jistħoqqlu t-tifħir ta’ [[Romain Rolland]] meta qal: "Hu l-ewwel fost l-ewwel mużiċisti. Hu l-forza l-iżjed erojka fl-arti moderna"<ref>Rolland R, ''Vie de Beethoven'', Paris, 1903</ref>. Ix-xogħlijiet ta’ Beethoven, li huma espressjoni ta’ fiduċja soda fil-bniedem u ta’ ottimiżmu volontarju u li jikkonsagrawjiddedikaw il-kreazzjoni mużikali bħala att ta’ bniedem ħieles u independenti, jagħmluh wieħed mill-figuri importanti fl-istorja tal-mużika.
 
== Bijografija ==