Pawlu Boffa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 28:
|}
 
'''Pawlu Boffa''', is-sitt [[Prim Ministru ta’ Malta]], twieled il-[[Birgu]], fit-[[30 ta’ Ġunju]], [[1890]], iben Carmelo u Carmela nee’ Serracino. Huwa studja fl-iskola Primarja tal-Birgu, fil-Liċeo u fl-Universita’ Rjali ta’ Malta fejn iggradwa bħala tabib fl-eta’ ta’ 23 sena. Fis-[[16 ta’ Jannar]], [[1921]], iżżewweġ lil Genoveffa Ceci u kellhom erbat itfal- Hilda, Melina, Joseph u Vivi. Fl-[[Ewwel Gwerra Dinjija]], Boffa serva fir-[[Royal Army Medical Corps]], fejn wettaq servizz mediku fuq vapuri li kienu jiġu Malta bil-feruti tal-gwerra.
 
Il-karriera politka ta’ Sir Paul Boffa bdiet fl-[[1923]] meta ngħaqad mal-Partit Laburista u fl-1924 ġie elett għall-ewwel darba bħala Membru fl-Assemblea Leġislativa għall-Ħames Distrett. Fl-[[1928]], it-Tabib Boffa ġie maħtur Mexxej tal-[[Malta Labour Party]]. Bejn l-[[1927]] u l-[[1932]] il-partit Laburista u l-[[Partit Kostituzzjonali]] ingħaqdu u kien iffurmat il-Gvern tal-[[Compact]]. Kien elett fil-Parlament ukoll fl-1927 u fl-1932. Fl-1936 ġie maħtur Membru tal-Kunsill Eżekuttiv u fl-1939 ġie elett bħala Membru tal-Kunsill tal-Gvern. Ġie elett ukoll għat-Tieni Sessjoni tal-Kunsill tal-Gvern, li saret f’Novembru, 1945.