English Football League: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 8:
 
==Ħarsa ġenerali==
[[Image:Mcgregor.jpg|150px|thumb|William McGregor, fundatur tal-Football League]]
 
Il-Football League tikkonsisti minn 72 klabb tal-futbol professjonista mill-[[Ingilterra]] u [[Wales]]. Torganizza wkoll żewġ kompetizzjonijiet eliminatorji. Il-Football League ġie fundat fl-[[1888]] minn [[William McGregor]], oriġinarjament bi tnax-il tim. Hekk kif żdiedu d-diviżjonijiet, kien hemm aktar klabbs, u sa l-[[1950]] il-kampjonat kellu 92 klabb.
Minħabba konsiderazzjonijiet finanzjari ġabu xi ftit tal-problemi fl-[[1992]] meta, biex ikabbru aktar il-qligħ, il-membri l-kbar tal-Football Leaguq infirdu minn din il-kompetizzjoi biex għamlu kompetizzjoni ġdida, l-FA Premier League, li kienet imsejħa [[Premier League]] fl-[[2007]]. Il-Football League ma baqax jinkludi l-20 klabb li ngħaqdu ma' dan il-grupp, alavolja r-relegazzjoni u l-promozzjoni bejn il-Football League u l-Premier League għadha ssir. Total ta' 130 tim lagħbu fil-Football League [http://www.nufc.com/html/attendance-all-time.html] sa l-2007 (inklużi dawk fil-Premier League, minħabba li l-klabbs iridu jgħaddu mill-Football league qabel ma jaslu f'din id-diviżjoni għolja.
Linja 14:
==Storja==
 
Il-Football League ġiet fundata fit-[[22 ta' Marzu]] [[1888]] u l-ewwel kampjonat sar fit-8 ta' Settembru. Kien hemm tnax-il klabb li ħadu sehem f'din l-ewwel edizzjoni u huma magħruf bħala l-"membri fundatarji".
 
Fl-[[1892]] il-Football League ġie diviż f'żewġ diviżjonijiet, fejn assorba r-rivalità tal-[[Football Alliance]]: b'hekk ġew fundati l-[[L-Ewwel Diviżjoni|Ewwel Diviżjoni]] u t-[[It-Tieni Diviżjoni|Tieni Diviżjoni]]. It-[[It-Tielet Diviżjoni|Tielet Diviżjoni]] bdiet issir wara l-[[L-Ewwel Gwerra Dinjija|Ewwel Gwerra Dinjija]], fl-[[1920]], biex issir l-amissjoni ta' xi timijiet tas-[{[Southern League]]. Is-sena ta' wara ġew ammessi timijiet oħr mit-Tramuntanta ta' l-Ingilterra u għal xi snin kienet diviża f'fażi għan-naħa tat-Tramuntana u għal dik tan-Nofsinhar. Wara l-introduzzjoni tal-[[Fourth Division]] fl-[[1958]] ġab unfikazzjoni tat-Third Division.
 
Mill-[[1983]] l-isem tal-Football League hu assoċċjat ma' sponsor minħabba motivi pubbliċitarji, però r-rivoluzzjoni vera tas-sistemà intera tal-futbol fl-Ingilterra saret fl-[[1992]].