Melchiorre Gafà: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 24:
Il-fama ta’ Gafà baqgħet tikber u allavolja kien għadu ma lesta xejn biex jidher fil-publiku, fl-1662 daħħluh fl-Akademja ta’ San Luqa u fis-Sodalizio dei Virtuosi al Pantheon. Fl-istess sena kellu ordni għal titular skolpit jirrapreżenta l-Apoteożi ta’ Santa Katerina ta’ Siena għall-knisja tad-Dumnikani ta’ Santa Caterina a Magnapoli.
 
Fl-istess żmien, Gafà li kellu konnessjoni qawwija ma’ l-ordni tad-Dumnikani (forsi minħabba li ħuh Giuseppe kien Dumnikan), u fl-istess żmien kellukiseb ordni għal statwa ta’ Santa Roża ta’ Lima biex tintuża fiċ-ċeremonji tal-beatifikazzjoni u wara titieħed fil-knisja ta’ San Domingo, f’[[Lima]], il-[[Peru]]. Ir-rappreżentazzjoni tal-qaddisa qegħda tmut, li kienet influwenzata minn Bernini u influwenzat 'l Bernini, kienet suċċess u saru ħafna kopji tagħha fil-metal. Id-data fuq l-istatwa hi 1665.
 
Dik is-sena, waqt li Gafà kien qiegħed jaħdem fuq erba’ kummissjonijiet monumentali, ikkuntattjawh il-Kavalieri ta’ Malta. Sa dak iż-żmien kellu xogħol biż-żejjed u pożizzjoni stabilita biż-żejjed li seta’ jgħid ‘l Gran Mastru [[Cottoner]] biex jistenna sa meta jmissu. Wara xi tħassib Gafà accetta x-xogħol u mar Malta biex jiftiehem fuq il-grupp tal-Magħmudija ta’ [[San Ġwann Battista| San Ġwann]] għall-knisja konventwali fil-belt Valletta.