Melchiorre Gafà: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 23:
 
Il-fama ta’ Gafà baqgħet tikber u allavolja kien għadu ma lesta xejn biex jidher fil-publiku, fl-1662 daħħluh fl-Akademja ta’ San Luqa u fis-Sodalizio dei Virtuosi al Pantheon. Fl-istess sena kellu ordni għal titular skolpit jirrapreżenta l-Apoteożi ta’ Santa Katerina ta’ Siena għall-knisja tad-Dumnikani ta’ Santa Caterina a Magnapoli.
 
Gafà kellu konnessjoni qawwija ma’ l-ordni tad-Dumnikani (forsi minħabba li ħuh Giuseppe kien Dumnikan) u fl-istess żmien kellu ordni għal statwa ta’ Santa Roża ta’ Lima biex tintuża fiċ-ċeremonji tal-beatifikazzjoni u wara titieħed fil-knisja ta’ San Domingo, f’[[Lima]], il-[[Peru]]. Ir-rappreżentazzjoni tal-qaddisa qegħda tmut, li kienet influwenzata minn Bernini u influwenzat 'l Bernini, kienet suċċess u saru ħafna kopji tagħha fil-metal. Id-data fuq l-istatwa hi 1665.
 
Dik is-sena, waqt li Gafà kien qiegħed jaħdem fuq erba’ kummissjonijiet monumentali, ikkuntattjawh il-Kavalieri ta’ Malta. Sa dak iż-żmien kellu xogħol biż-żejjed u pożizzjoni stabilita biż-żejjed li seta’ jgħid ‘l Gran Mastru [[Cottoner]] biex jistenna sa meta jmissu. Wara xi tħassib Gafà accetta x-xogħol u mar Malta biex jiftiehem fuq il-grupp tal-Magħmudija ta’ [[San Ġwann Battista| San Ġwann]] għall-knisja konventwali fil-belt Valletta.
 
Gafà kien Malta minn Jannar sa Mejju ta’ l-1666 u kellu miegħu il-pittur Marullo ( li waqt li kien Malta pinġa t-titular f’kappella fil-knisja ta’ San Pawl tar-Rabat) u tifel ta’ 13-il sena Antonio Garsin. Matul dan iż-żmien għamel abbozzi għal San Ġwann u kiseb ordnijiet oħra: reredos għall-kappella ta’ Franza f’San Ġwann u ieħor għall-Knisja ta’ l-Erwieħ, il-belt Valletta, statwa ta’ San Pawl għall-grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat u lampier-relikwarju għall-knisja ta’ San Pawl.