Nicolò Isouard: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 15:
 
Fis-sena 1800, Nicolò Isouard mar lura Pariġi fejn fl-1812 iżżewweġ lil Claudine Berthault<ref>
Ma nafux jekk l-ewwel mara kienetx moetetmietet, però jidher li kien faċli ħafna li tiddivorzja fi żmien Napuljun (ara pereżempju [[w:fr:Divorce#Le_divorce_en_France_depuis_la_R.C3.A9volution]].)</ref>. Kif wasal Pariġi, Isouard iltaqa’ mal-pjanista Rigel li ntroduċih mal-vjolinista u kompożitur prolifiku Rodolphe Kreutzer (1766–1831), apprezzat ħafna minn [[Ludwig van Beethoven|Beethoven]], awtur ta’ iżjed minn erbgħin opra. Bl-appoġġ ta’ Kreutzer, l-opra ''Le Petit Page ou La Prison d’État'' ta’ Isouard ġiet ippreżentata Pariġi fl-1800. Fl-1801, l-opra ''Flaminius à Corinthe'' (diretta u ffirmata wkoll minn Kreutzer) kellha l-premier Pariġi kif ukoll l-opra ''Il-Bottaio'' u l-verżjoni Franċiża ta’ ''L’Improvisata in Campagna'' (l’Impromptu de campagne).
 
Xi awturi jsostnu li meta l-Franċiżi kienu Malta (1798-1800), Isuoard kien segretarju tal-ġeneral Belgrand de Vaubois u li ltaqa’ ma’ l-pjanista Rigel għax dan kien mar Malta ma’ [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]]. Wara t-telfa tal-Franċiżi, Belgard ħa 'l Isouard miegħu Pariġi [http://www.classical-composers.org/comp/isouard].