Isabel Allende: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
New page: ''Isabel Allende Llona''', (mwielda nhar it-2 t'Awwissu 1942, ġewwa Lima, fil-Perù) hija kittieba miċ-Ċilì. Hija tikteb fit-tradizzjoni tar-'realiżmu maġiku' u kemm-il darba ġiet k...
 
No edit summary
Linja 1:
''Isabel Allende Llona''', (mwielda nhar it-2 t'Awwissu 1942, ġewwa [[Lima]], fil-[[Perù]]) hija kittieba miċ-[[Ċilì]]. Hija tikteb fit-tradizzjoni tar-'realiżmu maġiku' u kemm-il darba ġiet kkunsidrata bħala waħda mill-ewwel nisa kittieba mill-[[Amerka t'Isfel]] li kellhom suċċess. Il-fama tagħha ġabitha l-aktar bis-sehem li tat fil-qasam tal-letteratura ta' l-Amerka t'Isfel. Bin-novelli tagħha [[''The House of the Spirits'']](1982) u [[''City of the Beasts'']](2002) kisbet fama mondjali. Kitbet rakkonti msejsa xi minn daqqiet fuq l-esperjenzi personali tagħha, ħafna drabi wkoll fuq l-esperjenzi tan-nisà, u rnexxielha tinseġ il-ħrafa mar-realtà. Għallmet il-letteratura f'bosta universitajiet amerikani. Attwalment toqgħod ġewwa l-belt ta' California flimkien mar-raġel tagħha, Willie Gordon. Kien irnexxielha tikseb iċ-ċittadinanza Amerikana fl-2003.
 
 
== Bijografija ==
Għalkemm imwielda l-Perù, Isabel Allende ġiet imrobbija ġewwa ċ-Ċilì. Wara l-qtil ta' zijuha, il-[[President]] [[Salvador Allende]], kellha taħrab minn hemm. Ħadmet ġewwa l-[[Venezwela]] mill-1975 sa' l-1984 u mbagħad marret toqgħod [[l-Istati Uniti]]. Ħadmet bħala preżentatriċi televiżiva u ġurnalista. Kitbet drammi u stejjer għat-tfal. L-ewwel ktieb għall-adulti li kitbet kien ''The House of the Spirits''''(Id-Dar ta' l-Ispirti)'', ġie maqlub għal 27 lingwa.