Isabel Allende: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
New page: ''Isabel Allende Llona''', (mwielda nhar it-2 t'Awwissu 1942, ġewwa Lima, fil-Perù) hija kittieba miċ-Ċilì. Hija tikteb fit-tradizzjoni tar-'realiżmu maġiku' u kemm-il darba ġiet k...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 21:11, 20 Jannar 2008

Isabel Allende Llona', (mwielda nhar it-2 t'Awwissu 1942, ġewwa Lima, fil-Perù) hija kittieba miċ-Ċilì. Hija tikteb fit-tradizzjoni tar-'realiżmu maġiku' u kemm-il darba ġiet kkunsidrata bħala waħda mill-ewwel nisa kittieba mill-Amerka t'Isfel li kellhom suċċess. Il-fama tagħha ġabitha l-aktar bis-sehem li tat fil-qasam tal-letteratura ta' l-Amerka t'Isfel. Bin-novelli tagħha The House of the Spirits(1982) u City of the Beasts(2002) kisbet fama mondjali. Kitbet rakkonti msejsa xi minn daqqiet fuq l-esperjenzi personali tagħha, ħafna drabi wkoll fuq l-esperjenzi tan-nisà, u rnexxielha tinseġ il-ħrafa mar-realtà. Għallmet il-letteratura f'bosta universitajiet amerikani. Attwalment toqgħod ġewwa l-belt ta' California flimkien mar-raġel tagħha, Willie Gordon. Kien irnexxielha tikseb iċ-ċittadinanza Amerikana fl-2003.


Bijografija

Għalkemm imwielda l-Perù, Isabel Allende ġiet imrobbija ġewwa ċ-Ċilì. Wara l-qtil ta' zijuha, il-President Salvador Allende, kellha taħrab minn hemm. Ħadmet ġewwa l-Venezwela mill-1975 sa' l-1984 u mbagħad marret toqgħod l-Istati Uniti. Ħadmet bħala preżentatriċi televiżiva u ġurnalista. Kitbet drammi u stejjer għat-tfal. L-ewwel ktieb għall-adulti li kitbet kien The House of the Spirits'(Id-Dar ta' l-Ispirti), ġie maqlub għal 27 lingwa.


Xogħlijiet

Kitbet tmien novelli, fosthom Zorro, Portrait in Sepia, Daughter of Fortune, u Aphrodite. Fil-ktieb My invented country tagħti rendikont tal-parti ta' ħajjitha li qattgħet fiċ-Ċilì.