Melchiorre Gafà: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 18:
Meta daħal fil-bottega ta’ Ferrata, l-ewwel xogħlijiet tiegħu kienu statwi għal knejjes fil-belt, [[Valletta]]: Il-Madonna tar-Rużarju għal knisja tad-Dumnikani (din waslet Malta f’Mejju ta’ l-1661) u San Pawl għall-knisja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl (din kienet ordnata mill-familja Testaferrata u mogħtija lill-knisja qabel 1694). It-tnejn jidhru li kienu influwenzati mill-istil ta’ l-iskultur [[Bolonja|Bolonjiż]] Alessandro Algardi.
 
L-ewwel kummissjoni indipendenti importanti tiegħu kienet fl-1660 għall-knisja prestiġjuża ta’ Sant'Agnese in Angone, f’Piazza Navona. Din kienet għat-titular skolpit ta’ l-altar ta’ Sant'Ewstakju u ordnah Camillo Pamphili. Kif jidher mill-abbozzi Gafà ħadem ħafna fuq il-preparazzjoni għal dan ix-xogħol. Pamphili tant għoġbuh dawn il-buzzetti li fl-1663 tah kummissjoni oħra biex jagħmel statwa li tirrapreżenta l-''Karità ta’ San Tumas'' għall-kappella tal-familja tiegħu fil-knisja ta’ Santu Wistin, ukoll f’Piazza Navona. Pamphili tant kien impressjonat bil-mudell ta’ San Tumas li ordna inċiżjoni li saret min Pietro del Po.
 
Sadattant l-istil ta’ Gafà żviluppa u tbiegħed minn Algardi u resaq iżjed lejn [[Bernini]] mingħajr ma waqa’ taħt il-ħakma tiegħu. Minkejja s-suċċess tieghu, Gafà baqa’ jaħdem fl-istudju ta’ Ferrata u bejn l-1663 u l-1667, hu u Ferrata kienu joqgħodu fl-istess dar. Però jidher li Gafà kellu grupp jaħdem miegħu. Per eżempju, fl-1664 l-iskultur Sqalli Pietro Papaleo kien student tiegħu u l-pittur Michelangelo Mamilla kien jogħqod miegħu.
 
Il-fama ta’ Gafà baqgħet tikber u allavolja kien għadu ma lesta xejn biex jidher fil-publiku, fl-1662 daħħluh fl-Akademja ta’ San Luqa u fis-Sodalizio dei Virtuosi al Pantheon. Fl-istess sena kellu ordni għal titular skolpit jirrapreżenta l-Apoteożi ta’ Santa Katerina ta’ Siena għall-knisja tad-Dumnikani ta’ Santa Caterina a Magnapoli.
 
 
<div style="border: 1px solid #99b3ff; text-align: center; padding: 10px; background-color: #EEF9FF; font-size:125%; font-weight:bolder;">[[Image:men at work.svg|top|48px|Xogħol Għaddej!]]'''Xogħol miexi --- Xogħol miexi --- Xogħol miexi --- Xogħol miexi'''[[Image:men at work.svg|top|48px|Xogħol Għaddej!]]