Melchiorre Gafà: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 12:
Hemm storja mhux konfirmata (f'traskrizzjoni tas-seklu 19 ta' manuskritt mitluf miktub mill-kapuċċin Patri Pelaġju) li tgħid li ta' xi għaxar snin Gafà kien lavrant ma' l-iskultur Dozzinale, il-Birgu. Meta kavalier [[Spanja|Spanjol]] talab lil Dozzinale biex jagħamillu xi statwi għall-villa tiegħu f'[[Paola|Casal Paola]] u dan m'aċċettax, il-kavalier offra x-xogħol lit-tifel Gafà. Tant għoġbu x-xogħol li ħa t-tifel taħt il-protezzjoni tiegħu.
 
Jidher li meta kellu xi sittax il-il sena kien lavrant ma’ l-iskulturi Casanova, fosthom Michele, Antonio u Damiano. Dawn kienu jaħdmu fil-ġebla franka u kellhom ħanut il-Birgu. Gafà (Marcello Gaffar) kien imdaħħal magħhom fix-xogħol fil-Cappella Torres fil-Kattedral ta’ Siracusa f’Sqallija li għalih skolpixxa figuri ta’ putti u rjus ta’ serafini fuq kolonni.
 
Ma nafux żgur kif Gafà ħalla Malta għal Ruma u min għenu biex jitlaq. Nistgħu nissusspettaw xi patrunaġġ mill-[[Ordni Militari Sovran ta' Malta|Kavalieri]], ekkleżjatiċi jew nobbli Taljani li kienu Malta. L-iskultur żagħżugħ kien ingħata parir għaqli għax daħal fil ''bottega'' ta’ l-iskultur stabbilit, Ercole Ferrata mill-ewwel meta wasal Ruma. Però, kif jgħid Sciberras, x’aktarx ma’ kienx hemm appoġġ uffiċjali mill-Kavalieri għax meta ġie kkunsidrat għall-ewwel darba għax-xogħol f’[[Kon-Katidral ta' San Ġwann|San Ġwann]], l-ambaxxatur tagħhom f’Ruma sejjaħlu ‚"un certo Maltese"’ u żgur li ma kienx jgħid hekk kienu jafuh sewwa. Hemm suġġeriment li kellu l-għajnuna ta’ Fabio Chigi, li sar Papa Alessandru VII, li kien delegat Apostoliku bejn l-1634 u l-1639 u kien joqgħod il-Birgu. Suġġeriment ieħor hu li kien megħjun mill-kavalier Fra Giovanni Bichi, li kien dam joqgħod Malta imma dak iż-żmien kien ilu ftit joqgħod Ruma. M’hemm l-ebda konferma għal dawn is-suġġerimenti.