Herbert Ganado: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
typo fix
Linja 3:
Ganado ggradwa bħala avukat fl-1931. Meta kien student fl-Universita' ta' Malta kien il-President tal-Kunsill ta' l-Istudenti. Ha sehem kbir fil-ħajja reliġjuza ta' Malta; kien President ta' l-Azzjoni Kattolika u kien attiv fis-Soċjeta' ta' San Vincenz de Paul. Kien ukoll editur ta' ''Leħen is-Sewwa'' fejn waqt il-[[gwerra ċivili Spanjola]] kiteb artikli favur id-dittatur [[Franco]]. L-iktar artiklu kontroversjali tiegħu fuq il-waqà ta [[Madrid]] bit-titlu ''Dħalna Madrid'', kif ukoll is-simpatiji tiegħu lejn l-Italja [[Faxxiżmu|Faxxista]], wasslu li fl-1940 ġie internat u fl-1942, eżiljat lejn l-Uganda.
 
Wara li nġieb lura Malta, daħal fil-politika u beda jaħdem fil-[[Partit Nazzjonalista]]. Dam fil-partit sa l-1958 meta waqqaf il-Partit Demokratiku Nazzjonalista. Ganado oppona il-politika ta' [[Gorġ Borġ Olivier]], kien kontra [[l-integration]] u [[l-indipendenza]]. Fl-elezzjonijiet ta' l-1962 ġie elett minn żewġ distretti iżda fl-1966 wara riżultati fjakki ħaregħareġ mill-politika għall kollox.
 
Ganado illum huwa l-aktar magħruf bħala l-awtur ta' ''Rajt Malta Tinbidel'' (4 volumi), ktieb awtobijografiku iżda wkoll sors importanti ta' l-i[[storja soċjali]] Maltija mill-1900 sa' l' 1969. Wara mewtu ġew ippubblikati ''Jien Inhobb Nitkellem Magħkom'' (ġabra ta' artikli li huwa kiteb matul is-snin fil-Leħen is-Sewwa). Herbert Ganado huwa wkoll iz-ziju ta' l-awtur [[Maria Grech Ganado]].