Monte Titano: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Traduzzjoni mill-Franċiż
Tag: 2017 source edit
Żieda kontenut, wikifikazzjoni, referenzi, ħoloq, eċċ.
Linja 1:
[[Stampa:Monte Titano.jpg|daqsminuri|Il-Monte Titano mill-pjanura.]]
{{stub|Ġeografija}}
'''Monte Titano''' hija għolja fl-Appennini u hija l-ogħla quċċata f'[[San Marino]]. Tlaħħaq għoli ta' 739 metru (2,425 pied)<ref>Spink & Son (1898). ''The Numismatic circular'' (bit-[[Lingwa Taljana|Taljan]]). Vol. 6–7. p. 531.</ref> 'il fuq mil-livell tal-baħar u tinsab eżatt fix-Xlokk tal-[[belt kapitali]] ta' San Marino. Spiss titqies bħala s-simbolu tal-pajjiż, minħabba l-estensjoni kbira tagħha meta mqabbel mad-dimensjonijiet modesti tal-pajjiż. Fuq it-tliet qċaċet prinċipali ta' Monte Titano, prinċipalment magħmula mill-[[ġebla tal-ġir]], hemm tliet kastelli (jew torrijiet) li żguraw id-difiża tal-[[Belt ta' San Marino]]: Guaita, Cesta u Montale (li huma stilizzati fuq l-arma tar-repubblika).<ref>Haggett, Peter (2002). "Encyclopedia of World Geography". ''Encyclopedia of world geography, Volume 11''. Marshall Cavendish. p. 1461. ISBN <bdi>0-7614-7300-9</bdi>.</ref><ref>{{Ċita web|url=https://web.archive.org/web/20111003195335/http://geography.howstuffworks.com/europe/geography-of-san-marino.htm|titlu=HowStuffWorks "Geography of San Marino"|data=2011-10-03|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-01-14}}</ref>
[[Stampa:Monte Titano.jpg|daqsminuri|Il-Monte Titano]]
Il-'''Monte Titano''' hija għoljiet fl-[[Appennini]], hija 739 m. Huwa prinċipali muntanju fil [[San Marino]]. Ħafna drabi huwa s-simbolu tiegħu, minħabba l-estensjoni kbira tiegħu meta mqabbel mad-dimensjonijiet modesti tal-Istat. It-tliet summits prinċipali tagħha kull wieħed iġibu t-tliet kastelli (jew torrijiet) li żguraw id-difiża tal-Belt ta’ San Marino: Guaita, Cesta u Montale (li jistgħu jinstabu stilizzati fuq l-arma tar-repubblika).
 
Monte Titano tniżżel bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]] fl-2008 bit-titlu ċ-"Ċentru Storiku ta' San Marino u Monte Titano".<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/1245/|titlu=San Marino Historic Centre and Mount Titano|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-14}}</ref> Jinkludi lil Monte Titano u strutturi oħra bħal fortifikazzjonijiet, torrijiet, ħitan, daħliet u bastjuni, kif ukoll bażilika Neo-Klassika fuq l-għolja, u x-xaqlibiet tagħha li jiffurmaw konglomerat urban żgħir iżda uniku.<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/archive/advisory_body_evaluation/1245.pdf|titlu=San Marino}}</ref>
Tikkonsisti prinċipalment minn blat tal-franka.
 
Fix-xifer ta' Monte Titano hemm il-belt ta' San Marino tar-Repubblika ta' San Marino, li għandha storja li tmur lura għall-bidu tas-seklu 4. Skont leġġenda marbuta ma' Monte Titano u d-distretti tal-madwar, kien jeżisti monasteru żgħir fil-quċċata tal-għolja matul is-seklu 8. Il-pajsaġġ muntanjuż jipprovdi veduti eċċellenti tal-madwar, u l-pożizzjoni iżolata tiegħu żgura l-iżolament meħtieġ biex San Marino jibqa' jeżisti bħala Repubblika matul id-diversi sekli li għaddew.<ref name=":1">{{Ċita web|url=https://www.britannica.com/place/San-Marino-republic-Europe|titlu=San Marino {{!}} Geography, History, Capital, & Language {{!}} Britannica|sit=www.britannica.com|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-14}}</ref>
== Storja ==
 
Fl-2008, il-Muntanja Titano ġiet elenkata bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/1245/|titlu=San Marino Historic Centre and Mount Titano|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2021-11-28}}</ref>.
== Ġeografija u ambjent ==
[[Stampa:View of Mount Titano - San Marino.jpg|xellug|daqsminuri|258x258px|Veduta mill-quċċata ta' Monte Titano.]]
Monte Titano tinsab fil-qalba ta' San Marino (fuq il-mapep tidher b'għamla pjuttost rettangolari) fuq l-Appennini, lejn ix-Xlokk tal-Belt ta' San Marino u lejn it-Tramuntana tal-villaġġ ta' [[Murata]], b'distanza ta' 10 kilometri (6.2 mili) mill-[[Baħar Adrijatiku]]. Monte Titano tidher qisha għolja bil-blat tal-ġebla tal-ġir. Għalkemm l-ogħla punt huwa 739 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, l-għolja fil-biċċa l-kbira tagħha hija għolja madwar 200 metru. Mill-quċċata ta' Monte Titano wieħed jista' jara l-pajjiż kollu ta' San Marino u lil hinn. Mill-muntanji jnixxu diversi nixxigħat, inkluż ix-xmara ta' San Marino, bi fluss fix-xaqliba tal-Punent minn ġo wied wiesa' sax-xmara Marecchia, għal Marecchia Torello u għal ġol-Baħar Adrijatiku 23 kilometru (14-il mil) 'il bogħod; u x-xmara Cando, li tibda f'[[Marano]], u li tnixxi fil-kosta Adrijatika bejn [[Rimini]] u [[Riccione Ausa]]. It-territorju għandu ħamrija għammiela fil-pjanura tal-[[Emilia Romagna]] u għoljiet baxxi wara xulxin fir-reġjunt ta' [[Marche]] u [[Montefeltro]]. Il-muntanji jibqgħu neżlin fil-Baħar Adrijatiku kalm.<ref>''Scottish geographical magazine'', Volumi 39–40, Royal Scottish Geographical Society, (1923)</ref>
[[Stampa:Coat of arms of San Marino.svg|daqsminuri|L-istemma ta' San Marino.]]
Matul il-perjodu Terzjarju, iż-żona fejn issa jinsab San Marino kienet baħar. Terremoti vjolenti heżżu mases kbar tal-art f'wiċċ id-[[Id-Dinja|Dinja]]. Minħabba dawn it-terremoti intensivi, massa tal-blat li tinsab madwar 80 kilometru (50 mil) mill-għolja, ġiet olzata u ċediet bil-mod il-mod lejn il-Baħar Adrijatiku. Din il-massa tal-blat żviluppat f'diversi muntanji u għoljiet kbar, inkluż Monte Titano. Il-fossili ta' vertebrati li nstabu fuq ix-xaqlibiet ta' Monte Titano huma l-iktar akkwatiċi bħala oriġini, minħabba l-fatt li din il-blata fl-imgħoddi kienet tinsab taħt il-baħar. Il-fossili ta' ħafna ħut differenti, speċjalment il-fossili ta' snien tal-klieb il-baħar, ġew skoperti fuq Monte Titano, u ħafna minnhom ġew datati li jmorru lura għall-perjodu Mijoċen. L-iżjed skoperta importanti kienet dik tal-fossili ta' baliena, li issa jinstabu ppreservati fil-[[Mużew]] [[Arkeoloġija|Arkeoloġiku]] ta' [[Bolonja|Bologna]], l-[[Italja]].<ref>Lawley, R. (1880). ''Selache manzoni n. sp. – Dente fossile délia molassa miocenica del Monte Titano (Repubblica di San Marino)''. Atti della Società Toscana di Scienze Naturali, 5. pp. 167–172, fig. 1–3.</ref>
 
Id-distretti ta' Monte Titano u l-Belt ta' San Marino jesperjenzaw klima miti; it-temperatura massima rrapportata hija 79 °F (26 °C) fis-sajf u t-temperatura minima rrappurtata hija 19 °F (−7 °C) fix-xitwa. Il-preċipitazzjoni annwali tvarja bejn 22 pulzier (560 mm) u 32 pulzier (800 mm).
 
== Flora u fawna ==
Stabbilita fiż-żona [[Mediterran|Mediterranja]], il-veġetazzjoni hija tipikament influwenzata mill-varjazzjonijiet fl-elevazzjoni. Fl-għolja jgħixu diversi tipi ta' siġar, fosthom qastan, ballut, ''laburnum'', ċipress, abit, kif ukoll xi arbuxxelli u spraġ, tipiċi tal-iżjed żoni nexfin, bħat-territorju qrib it-Tliet Torrijiet ta' San Marino. Fuq l-irdumijiet ta' Monte Titano tinstab ukoll l-''Ephedra Nebrodensis'', pjanta tipika ta' [[Sqallija]] u [[Sardenja]].
 
L-organiżmi selvaġġi huma rrappreżentati mill-klassijiet kollha ta' vertebrati, u minħabba l-karatteristiċi tat-territorju muntanjuż, l-[[Għasfur|għasafar]] u l-[[Mammiferu|mammiferi]] huma l-iżjed [[Annimal|annimali]] komuni. Bħala għasafar hemm diversi speċijiet, fosthom l-ispanjulett, il-barbaġann, il-kokka, il-kokka kannella, iċ-ċawla u l-kuċċarda. Fost l-mammiferi komuni nsibu ċ-ċriev, iċ-ċingjali, il-mogħoż, il-ballottri, il-qniefed, il-[[liebru]], il-porkuspin, il-qtates selvaġġi, il-baġers u l-volpi.<ref name=":1" />
 
== Sit ta' Wirt Dinji ==
Fl-2008, iċ-Ċentru Storiku tal-Belt ta' San Marino u Monte Titano ġew iddeżinjati bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]].<ref name=":0" />
 
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (iii)''' "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".<ref name=":0" /> Il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO kien tal-fehma li s-sit huwa "xhieda tal-kontinwità ta' repubblika ħielsa mill-[[Medjuevu]]".<ref name=":0" /> Is-sit jinkludi l-fortifikazzjonijiet, is-swar, id-daħliet u l-bastjuni tal-Belt ta' San Marino, il-Bażilika ta' San Marino tas-seklu 19, xi kunventi tas-sekli 14 u 16, it-Teatru Titano tas-seklu 18 u l-Palazzo Pubblico tas-seklu 19.
 
== Referenzi ==