Emerson Ferreira da Rosa: Differenza bejn il-verżjonijiet
New page: {| class="toccolours" style="float: right; margin: 0 0 1em 1em;" |colspan="2" style="background: #efefef; text-align: center;"| '''Émerson''' |- |- style="vertical-align:top;" | '''Isem S... |
(L-ebda differenza)
|
Reviżjoni ta' 14:08, 17 Settembru 2007
Émerson | |
Isem Sħiħ | Émerson Ferreira da Rosa |
Data tat-Twelid | 4 ta' April, 1976 |
Post tat-Twelid | Pelotas, Brazil |
Tul | 1.84m |
Pożizzjoni | Midfielder |
Klabb Kurrenti | AC Milan |
Numru | 5 |
Klabbs Oħra | Grêmio (1993-1997) Bayer Leverkusen (1997-2000) AS Roma (2000-2004) Juventus (2004-2006) Real Madrid (2006-2007) AC Milan (2007- ) |
Tim Nazzjonali | Brażil (1997-2006) |
Émerson Ferreira da Rosa (twieled l-4 ta' April 1976), magħruf aħjar bħala Émerson, huwa plejer tal-futbol Brażil li jilgħab mat-tim Taljan tas-Serie A, AC Milan. Il-laqam tiegħu huwa "Il-Puma" (bl-Ingliż: The Puma) minħabba l-movimenti tajbin u felini li għandu fin-nofs tal-grawnd.
Karriera fil-Klabbs
Wara li lagħab ma' Bayer Leverkusen, Émerson ingħaqad ma' AS Roma fejn rebaħ il-kampjonat u kif ukoll is-Super Cup Taljana fl-2001. Wara żewġ staġuni ma' Juventus FC mal-kowċ Fabio Capello, huwa ttrasferixxa ma' Real Madrid flimkien ukoll ma' Capello. Madankollu, minħabba r-relazzjoni mhux daqshekk tajba ma' Capello u kif ukoll prestazzjoni li ma kinitx qed tissodisfa lil ħadd, hu xtaq li jerġa' jirritorna ma' Juventus. Però, sa Mejju, il-prestazzjoni tiegħu kibret u flimkien mar-riżultati tajbin li kien qed jikseb it-tim, fit-12 ta' Mejju 2007 huwa ddikjara l-intenzjoni li jibqa' ma' Real. Imma, f'konverżazzjoni fuq programm tar-radju "El Larguero", il-president ta' Real Madrid, Ramon Calderon, qal li Émerson jista' jħalli lil Real Madrid dak is-sajf flimkien ma' l-attakant Taljan Antonio Cassano minħabba problemi tekniċi
Fil-21 ta' Awwissu 2007, Milan uffiċċjalizzaw l-akkwist tal-midfielder Brażiljan. Huwa għamel id-debutt tiegħu fis-Super Cup Ewropeja meta' Milan rebħu lil Sevilla 3-1 fil-31 ta' Awwissu.
Internazzjonali
Émerson kien rimpjazzament għal Romário fit-Tazza tad-Dinja 1998. Hu kien se jkun il-captain tat-tim Brażiljan fit-Tazza tad-Dinja, però Émerson sofra minn uġiegħ fi spallejh biex ħalla l-post tal-kap tat-tim għal Cafu; it-tim Sud-Amerikan irnexxielu jirbaħ l-edizzjoni ta' l-2002.
Ħoloq Oħra
- Informazzjoni fuq Émerson fuq sambfoot.com
- Il-Profil ta' Émerson fuq realmadrid.com