Monasteri fuq ix-xaqlibiet ta' Popocatépetl: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m added Category:Messiku using HotCat
mNo edit summary
Linja 1:
[[Stampa:2006 03 19 Tepoztlan 21.JPG|daqsminuri|Veduta tal-faċċata tal-knisja tal-monasteru f'Tepoztlan.]]
Il-'''Monasteri fuq ix-xaqlibiet ta' Popocatépetl''' (bl-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]]: ''Monasterios en las faldas del Popocatépetl'') huma ħmistax-il monasteru tas-seklu 16 li nbnew mill-Wistinjani, mill-Franġiskani u mid-Dumnikani sabiex jevanġelizzaw l-inħawi fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-vulkan Popocatépetl fil-[[Messiku]] ċentrali. Dawn il-monasteri ġew rikonoxxuti bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]] fl-1994, peress li servew bħala mudell għall-monasteri u għall-knejjes bikrin kif ukoll għall-isforzi ta' evanġelizzazzjoni fil-Messiku u f'xi punti lil hinn mill-Amerka Latina.<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/702/|titlu=Earliest 16th-Century Monasteries on the Slopes of Popocatepetl|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2022-11-16}}</ref> Dawn il-monasteri kważi b'mod uniformi huma kkaratterizzati minn atriju kbir ħafna quddiem knisja b'navata waħda u b'''capilla abierta'' jew [[kappella]] miftuħa. L-atriju kien jiffunzjona bħala punt fejn kienu jiltaqgħu l-popli indiġeni u l-patrijiet missjunarji, u l-quddies għall-persuni li jkunu għadhom kemm ikkonvertew kienet issir barra minflok ġewwa l-knisja. Dan l-arranġament ġie ripetut f'inħawi oħra tal-Messiku evanġelizzati mill-patrijiet.
 
Il-ħmistax-il monasteru huma miftuħa għall-viżitaturi. Ħdax minnhom jinsabu fit-Tramuntana ta' Morelos, tlieta fl-istat ta' Puebla, u wieħed f'Tlaxcala. Il-ħdax-il monasteru f'Morelos huma promossi wkoll bħala r-"Rotta tal-Vulkan" jew ir-"Rotta tal-Monasteri" għal skopijiet turistiċi. Fl-44 sessjoni fl-2021, is-Sit ta' Wirt Dinji ġie estiż biż-żieda tal-Katidral tal-Belt ta' Tlaxcala.<ref>{{Ċita web|url=https://mexiconewsdaily.com/news/unesco-names-tlaxcala-cathedral-a-world-heritage-site/|titlu=UNESCO names Tlaxcala cathedral a World Heritage Site|kunjom=Davies|isem=Peter|data=2021-07-28|lingwa=en-US|data-aċċess=2022-11-16}}</ref>