Tim nazzjonali tal-futbol tas-Slovenja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 37:
'''L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Slovenja''' hu t-tim nazzjonali tal-[[futbol]] ta' [[Slovenja]] u hu mmexxi mill-[[Football Association of SLovenia]]. Huma lagħbu l-ewwel logħba fl-1991 wara l-firda tal-[[Jugożlavja]]. Qabel il-firda, plejers minn Slovenja kienu jilagħbu mat-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Jugożlavja]].
 
L-Islovenja kienet sorpriża fil-[[Euro 2000|Kampjonati Ewropej tas-sena 2000]] meta huma rebħu lill-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Ukrajna|Ukrajna]] fi ''playoff''. Fil-kampjonat Ewropew huma rnexxielhom iżommu sħiħ kontra timijiet ta' qawwa meta rnexxielhom jispiċċaw pari kontra l-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Jugożlavja|Jugożlavja]] u n-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol tan-Norveġja|Norveġja]] u tilfu biss kontra [[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Spanja|Spanja]] 2-1. L-Islovenja rnexxielha tikkwalifika għat-[[Tazza tad-Dinja 2002]] meta rebħet lir-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol tar-Rumanija|Rumanija]] fi ''playoff''. Waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni huma ma tilfux partita waħda; 7 rebħiet u 7 pari. Però fil-fażi finali fil-[[Korea t'Isfel|Korea]] u l-[[Ġappun]] huma marru lura darhom mingħajr punt. Minkejja li fallew li jikkwalifikaw għat-[[Tazza tad-Dinja 2006]], huma kienu l-uniku tim li rebħu lill-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Italja|Italja]] meta rebħulhom 1-0 ġewwa darhom. Din ma kinitx l-ewwel darba li evitaw telfa kontra dan it-tim - fl-1995 huma żammew lit-Taljani pari ta' 1-1 waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-[[Euro 1996]], fejn kienu wkoll ħadu l-vantaġġ.
 
==L-Iskwadra ta' Slovenja==