Stećak: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m added Category:Serbja using HotCat
Linja 3:
 
Tfaċċaw f'nofs is-seklu 12, bl-ewwel fażi fis-seklu 13, id-drawwa tal-qtugħ u tal-użu tal-istećci laħqet il-qofol tagħha fis-sekli 14 u 15, qabel ma spiċċat għalkollox fil-bidu nett tas-seklu 16 matul il-ħakma [[Imperu Ottoman|Ottomana]] tal-Bożnija-Ħerzegovina. L-istećci kienu tradizzjoni komuni fost il-fidili [[Knisja Kattolika|Kattoliċi]] u [[Knisja Ortodossa Russa|Ortodossi]] Bożnijaċi<ref>{{Ċita web|url=https://web.archive.org/web/20160304051846/http://www.bosnia.org.uk/bosrep/report_format.cfm?articleid=874&reportid=153|titlu=Bosnia Report - July - September 2000|data=2016-03-04|sit=web.archive.org|data-aċċess=2022-08-13}}</ref>, u kienu jintużaw kemm mill-popolazzjoni Slava kif ukoll minn dik Vlach.<ref>Lovrenović, Dubravko (2013). ''Stećci: Bosansko i humsko mramorje srednjeg vijeka'' [''Stećci: Bosnian and Hum marbles from Middle Age''] (bil-Kroat). Ljevak. ISBN <bdi>978-9533035468</bdi>. pp. 52, 72, 176, 307.</ref><ref>Trako, Redžo (2011). "Stećci: Božanska igra brojki i slova" [Stećci: Divine game of numbers and letters]. ''Socijalna Ekologija'' (in Croatian). Zagreb: Croatian Sociological Society, Institute of Sociology at Faculty of Philosophy, University of Zagreb. '''20''' (1): 71–84. pp. 71-72, 73-74.</ref>
[[Stampa:Bosniangraves bosniska gravar februari 2007 stecak stecci3.jpg|daqsminuri|It-tinqix imbuzzat ta' qabar partikolari f'Radimlja, il-Bożnija-Ħerzegovina]]
 
== Sit ta' Wirt Dinji ==
[[Stampa:Bosniangraves bosniska gravar februari 2007 stecak stecci3.jpg|daqsminuri|It-tinqix imbuzzat ta' qabar partikolari f'Radimlja, il-Bożnija-Ħerzegovina]]Iċ-Ċimiterji tal-Oqbra Medjevali magħrufa bħala Stećci ġew iddeżinjati bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]] fil-15 ta' Lulju 2016, b'għażla ta' madwar 4,000 qabar individwali, miġbura f'diversi nekropoli fi 28 sit: 22 sit fil-Bożnija-Ħerzegovina, żewġ siti fil-Kroazja, tliet siti fil-Montenegro, u tliet siti fis-Serbja.<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/decisions/6802/|titlu=40 COM 8B.24 - Decision|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2022-08-13}}</ref> L-iżjed sit li għandu kollezzjoni ppreservata tajjeb ta' dawn l-oqbra huwa dak ta' [[Radimlja]], fil-Punent ta' [[Stolac]] fil-Bożnija-Ħerzegovina.<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/1504/|titlu=Ste&#x107;ci Medieval Tombstone Graveyards|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2022-08-13}}</ref>
 
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (iii)''' "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-'''kriterju (vi)''' "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".<ref name=":0" />