Traduzzjoni: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m ToniSant mexxa l-paġna Translation għal Traduzzjoni mingħajr ma ħalla rindirizz: isem bil-Malti
m tindif ħafif
Linja 1:
'''It-traduzzjoni''' hija l-komunikazzjoni tat-tifsira ta’ test fil-lingwa sors permezz ta’ test ekwivalenti fil-lingwa mira. Il-lingwa Ingliża tagħmel distinzjoni terminoloġika (li ma teżistix f’kull lingwa) bejn it-''traduzzjoni'' (test miktub) u l-''interpretazzjoni'' (komunikazzjoni orali jew bis-sinjali bejn utenti ta’ lingwi differenti). Permezz ta’ din id-distinzjoni, it-traduzzjoni tista’ tibda biss wara li tkun daħlet il-kitba fi ħdan komunità ta’ lingwa. Traduttur dejjem jirriskja meta b’mod involontarju jintroduċi kliem, grammatika jew sintassi tal-lingwa sors fir-rendiment tal-lingwa mira. Min-naħa l-oħra, dan it-tixrid ġieli wassal biex jiġu importati kalki u kliem missellef mil-lingwa sors li għamlu l-lingwi mira aktar rikki. Tradutturi, inklużi dawk bikrija ta’ kotba mqaddsa, kienu ta’ għajnuna fit-tiswir tal-lingwi li huma ttraduċew fihom. Minħabba l-ħidma impenjattiva fil-proċess tat-traduzzjoni, mis-snin 40 saru sforzi, bi gradi differenti ta’ suċċess, biex it-traduzzjoni tiġi awtomatizzata jew biex b'mod mekkaniku jgħinu lit-traduttur uman. Aktar reċenti, iż-żieda fl-użu tal-Internet rawmet suq internazzjonali għas-servizzi tat-traduzzjoni, u ffaċilitat il-“lokalizzazzjoni tal-lingwa”.
It-Traduzzjoni 
{{Jiddistingwu|Transliteration}}
 
It-traduzzjoni hija l-komunikazzjoni tat-tifsira ta’ test fil-lingwa sors permezz ta’ test ekwivalenti fil-lingwa mira. Il-lingwa Ingliża tagħmel distinzjoni terminoloġika (li ma teżistix f’kull lingwa) bejn it-''traduzzjoni'' (test miktub) u l-''interpretazzjoni'' (komunikazzjoni orali jew bis-sinjali bejn utenti ta’ lingwi differenti). Permezz ta’ din id-distinzjoni, it-traduzzjoni tista’ tibda biss wara li tkun daħlet il-kitba fi ħdan komunità ta’ lingwa. Traduttur dejjem jirriskja meta b’mod involontarju jintroduċi kliem, grammatika jew sintassi tal-lingwa sors fir-rendiment tal-lingwa mira. Min-naħa l-oħra, dan it-tixrid ġieli wassal biex jiġu importati kalki u kliem missellef mil-lingwa sors li għamlu l-lingwi mira aktar rikki. Tradutturi, inklużi dawk bikrija ta’ kotba mqaddsa, kienu ta’ għajnuna fit-tiswir tal-lingwi li huma ttraduċew fihom. Minħabba l-ħidma impenjattiva fil-proċess tat-traduzzjoni, mis-snin 40 saru sforzi, bi gradi differenti ta’ suċċess, biex it-traduzzjoni tiġi awtomatizzata jew biex b'mod mekkaniku jgħinu lit-traduttur uman. Aktar reċenti, iż-żieda fl-użu tal-Internet rawmet suq internazzjonali għas-servizzi tat-traduzzjoni, u ffaċilitat il-“lokalizzazzjoni tal-lingwa”.
 
== L-Etimoloġija ==
Il-kelma Ingliża “translation” oriġinat mill-kelma Latina ''translatio'', li tiġi minn ''trans'', “min-naħa għall-oħra” u ''ferre'', “iġorr” jew “iġib” (-''latio'' tiġi minn ''latus'', il-partiċipju passat ta’ ''ferre''). Għalhekk, ''translatio'' tfisser “iġib minn naħa għal oħra” jew “iġorr minn naħa għal oħra” - f’dan il-każ, test minn lingwa għal oħra. It-terminu Grieg Antik għal “traduzzjoni”, μετάφρασις (''metafrasis'', “titkellem minn naħa għal oħra”), ipprovda l-Ingliż b’“metaphrase” ''metafrażi'' (traduzzjoni “litterali”, jew “kelma b’kelma”), b’kuntrast ma’ “paraphrase” ''parafrażi'' (“tgħid fi kliem ieħor”, minn παράφρασις, ''parafrasis''). F’waħda mit-terminoloġiji l-aktar riċenti, “metafrażi” tikkorrispondi ma’ “ekwivalenza formali”; u “parafrażi” ma’ “ekwivalenza dinamika”. Fil-verità, il-kunċett ta’ metafrażi, jiġifieri ta’ “traduzzjoni kelma b’kelma”, huwa kunċett imperfett, minħabba li kelma partikolari f’lingwa partikolari jista’ jkollha iktar minn tifsira waħda u minħabba li tifsira simili partikolari f’lingwa partikolari tista’ tiġi rrappreżentata b’iktar minn kelma waħda. Madankollu, “metafrażi” u “parafrażi” jistgħu jkunu utli bħala kunċetti ''ideali'' li jimmarkaw l-estremitajiet fil-firxa wiesgħa ta’ approċċi possibbli għat-traduzzjoni.