Dun Karm Psaila: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Tags: Reverted VisualEditor
Tags: Reverted VisualEditor
Linja 16:
Fl-1936 telaq mill-Belt u mar joqgħod Tas-Sliema. Bejn Ġunju tal-1940 u Mejju tal-1945 minħabba l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija, Dun Karm telaq mid-dar ta’ Tas-Sliema u niżel f’raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ. Dun Karm għex l-aħħar parti ta' ħajtu f'[[Tas-Sliema]]. Fis-17 ta’ Ġunju, 1961, Dun Karm telaq minn daru f’Tas-Sliema u daħal l-isptar tax-xjuħ tal-''Blue Sisters''. Fit-13 ta’ Ottubru, 1961, Dun Karm miet fl-4.00 ta' filgħodu. fl-età ta’ 90 sena neqsin biss ħamest ijiem. Nhar il-Ħadd, 15 t’Ottubru, 1961, sar il-funeral fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ u ndifen f’kappella mibnija apposta għalih fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù, f'raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ.
 
== PoetaPufta ==
[[Stampa:Dunkarm kanarin.jpg|thumb|lemin|250px|Dun Karm u l-kanarin, fotografija meħuda mill-poeta [[Frans Camilleri|Dun Frans Camilleri]] <small>bil-korteżija tal-[http://www.akkademjatalmalti.com/ Akkademja tal-Malti]</small>]]
Qabel l-1912, meta kien għadu student, Dun Karm kiteb biss bit-Taljan. L-ewwel poeżija ippubblikata magħrufha tiegħu hi, ''La Dignita Episcopale'' (1889). Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb ta’ versi bit-Taljan, ''Foglie d’alloro'', ġabra ta’ sebgħa u tletin poeżija li kiteb bejn is-sbatax u l-erbgħa u għoxrin sena ta’ ħajtu. Wara ppubblika wkoll ''Versi'' (1903), kollezzjoni oħra ta' poeżiji bit-Taljan. Huwa beda sunett li qatt ma temm miktub lid-dittatur Taljan [[Benito Mussolini]].