Preistorja: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
No edit summary Tags: Reverted Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl |
m Undid edits by 37.10.140.228 (talk) to last version by 69.6.61.25: reverting vandalism Tags: Undo SWViewer [1.4] |
||
Linja 1:
{{stub|Antropoloġija}}
[[Stampa:Malta_16_Mnajdra.jpg|thumb|250px|right|It-tempji tal-Imnajdra.]]
'''Preistorja''' ([[Lingwa Latina|Latin]] pr𝙚̄ = qabel u [[Lingwa Griega|Grieg]] στορία = storja) huwa terminu użat biex jiddeskrivi dak iż-żmien qabel ma l-[[bniedem]] tgħallem jikteb u għaldaqstant huwa dak iż-żmien qabel l-i[[storja]] miktuba. Kien [[Paul Tournal]] li oriġinarjament ħareġ bit-terminu ''Pré-historique'' sabiex ikun jista' jiddeskrivi l-iskoperti tiegħu fl-għerien fin-nofsinhar ta' [[Franza]]. Bdiet tiġi użata fil-[[Lingwa Franċiża]] għall-ħabta tal-[[1830]] sabiex tiddeskrivi dak iż-żmien qabel il-kelma bdiet tiġi miktuba, u ġiet introdotta fil-[[Lingwa Ingliża]] minn [[Daniel Wilson]] fl-[[1851]].
Il-preistorja Ewropea u dik tal-Mediterran kif ukoll tal-Asja Minuri, kif ukoll reġjuni oħra, tinqasam f'diversi partijiet ta' żminijiet, fosthom, dik Paleolitika, jiġifieri, żmien il-ħaġar l-antik, il-Mesolitiku, żmien il-Ħaġar tan-nofs u n-Neolitiku, jiġifieri, żmien il-Ħaġar l-aktar riċenti. Dan l-aħħar żmien jirreferi wkoll għal dak iż-żmien li l-bniedem beda jaħdem l-art u jipproduċi l-prodotti agrikoli. Dan kien iż-żmien li l-bniedem bidel xogħlu minn dak ta' kaċċatur u ġabbar tal-ħxejjex, żerriegħa u frott, għal wieħed li beda jikkoltiva bosta minn dawn il-veġetali.
Fuq in-nies li għexu f'dawn iż-żmienijiet nafuh mill-iskavi f'bosta reġġjuni ffejn l-arkeoloġi setgħu jinterpretaw is-sejbiet tagħhom b'mod li bnew fehmithom dwar minn setgħu kienu dawn in-nies. Id-datazzjonijiet tal-kulturi differenti isir b'mod xjentifiku ibbażat fuq testijiet ta' oġġetti organiċi li ntużaw f'dawniż-żminijiet, kif ukoll metodi oħra xjentifiċi fil-laboratorji. Ma ' dawn jidħlu l-istudju antropoloġiku fejn l-istudjuż speċjalizzat f'dan is-suġġett jipotesizza minn fuq kulturi primittivi li għadhom jgħixu f'ħajja pri-industrijali u jappikahom għal kultura preistorika li jkun qiegħed jistudja. Wara żmien in-Neolitiku, hemm Żmien ir-Ram, u Żmien il-Bronż. Sa dan iż-żmien u jista' jkun anki sa żmien wara, kultura preistorja tkun għadha ħajja fl-istess żmien waqt li kulturi oħra jkunu qed jipprattikaw il-kitba, u għaldaqstant, ikunu klassifikati bħala ċivilta' litterata.
Hemm ukoll il-Protostorja, dak il-perijodu fejn ċivilta' partikulari tkun qed tipprattika kitba u għaldaqstant komunikazzjoni ta' ċertu stil li mhuwiex kitba letterarja. Eżempju ta' dan huma l-kulturi Eġizzji tal-Meżopotamja. F'tal-ewwel intużaw il-jeriglifiċi, disinji ta' kull tip li bejniethom wieħed ikun jista' jaqra messaġġ, jew storja. Imbagħad għandek il-kitba primittiva bħal ma' hi dik Hittita, fil-Meżopotamja li hi magħmlu minn kuneiform li setgħu intużaw anki għal skopijiet ta' dokumentazzjoni ta' kummerċ.
Il-kitba Feniċja magħmula minn konsonanti ġabet il-preistorja tal-Mediterran fi tmiemha għaliex issa d-dokumenti li jindikaw it-twemmin u l-mod ta' ħajja ta' dan il-poplu kienet miktuba kemm fuq il-ġebel kif ukoll fuq il-papiru. Bil-kitba, l-arkeologu, hekk kif jirnexxilu jiddeċifra dawn is-sinjali simboli, jew sinjali ta' ħsejjes, ikun kapaċi jibda biex jifhem b'mod aktar konkret il-mod ta' ħajja f'kull aspett ta' dawn il-popli.
[[Kategorija:Preistorja| ]]
[[Kategorija:Antropoloġija]]
|