Preistorja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
Linja 2:
[[Stampa:Malta_16_Mnajdra.jpg|thumb|250px|right|It-tempji tal-Imnajdra.]]
 
'''Preistorja''' ([[Lingwa Latina|Latin]] præpr𝙚̄ = qabel u [[Lingwa Griega|Grieg]] στορία = storja) huwa terminu użat biex jiddeskrivi dak iż-żmien qabel ma l-[[bniedem]] tgħallem jikteb u għaldaqstant huwa dak iż-żmien qabel l-i[[storja]] miktuba. Kien [[Paul Tournal]] li oriġinarjament ħareġ bit-terminu ''Pré-historique'' sabiex ikun jista' jiddeskrivi l-iskoperti tiegħu fl-għerien fin-nofsinhar ta' [[Franza]]. Bdiet tiġi użata fil-[[Lingwa Franċiża]] għall-ħabta tal-[[1830]] sabiex tiddeskrivi dak iż-żmien qabel il-kelma bdiet tiġi miktuba, u ġiet introdotta fil-[[Lingwa Ingliża]] minn [[Daniel Wilson]] fl-[[1851]].
 
Il-preistorja Ewropea u dik tal-Mediterran kif ukoll tal-Asja Minuri, kif ukoll reġjuni oħra, tinqasam f'diversi partijiet ta' żminijiet, fosthom, dik Paleolitika, jiġifieri, żmien il-ħaġar l-antik, il-Mesolitiku, żmien il-Ħaġar tan-nofs u n-Neolitiku, jiġifieri, żmien il-Ħaġar l-aktar riċenti. Dan l-aħħar żmien jirreferi wkoll għal dak iż-żmien li l-bniedem beda jaħdem l-art u jipproduċi l-prodotti agrikoli. Dan kien iż-żmien li l-bniedem bidel xogħlu minn dak ta' kaċċatur u ġabbar tal-ħxejjex, żerriegħa u frott, għal wieħed li beda jikkoltiva bosta minn dawn il-veġetali.