Palazz tal-Gran Mastru: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m tindif ħafif
No edit summary
Linja 3:
Il-'''Palazz tal-Gran Mastru''' jew il-Palazz Maġisterjali, huwa [[palazz]] fil-[[Belt Valletta]], [[Malta]]. Bħalissa l-Palazz jagħti lok għall-uffiċċju tal-[[President ta' Malta]]. Għal xi żmien kien ukoll is-sit tal-[[Parlament Malti|Kamra tad-Deputati ta' Malta]].
 
 
Il-Palazz tal-President huwa forsi aktar magħruf bħala l-Palazz tal-Gran Mastru għax fih kienu jgħixu l-Gran Mastri kollha li ggvernaw l-Ordni ta’ San Ġwann meta dan kien Malta, u l-gżejjer Maltin mill 1572 sal-1798. Fil-fatt, il-Palazz ra erba’ epoki differenti: dik ta’ żmien il-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann (mill-1574 - 1798), dik ta’ żmien il-Franċiżi (1790 -1800), żmien l-Ingliżi 1800-1964, u dik preżenti fejn mill-1974 sal-lum il-Palazz serva bħala uffiċċju tal-President ta’ Malta. Mill-1921 sal-2017, il-Palazz kien ukoll iservi wkoll bħala s-sede tal-Parlament Malti.
 
Il-Palazz inbena f’żewġ perjodi differenti.  L-ewwel parti mill-palazz, dik tan-naħa tat-tramuntana, jiġifieri dik li tagħti ma’ triq l-Arċisqof, ġiet mibnija minn Ġirolamu Cassar fl-1574. Xi swali ta’ fuq, u l-kmamar ta’ isfel tas-servitù, kif ukoll l-istalel fil-pjan terren, jduru iddawwaru l-bitħa hekk imsejħha ta’ Nettunu. In-naħa l-oħra tal-palazz li għandha bieb għaliha wkoll, u li tagħti għal fuq Triq it-Teatru l-Antik, inbniet fi żmien il-Gran Mastru Pinto, għan-nofs is-seklu tmintax. Hawn, is-swali ta’ fuq u xi kmamar isfel iduru madwar il-bitħa msejħa ‘tal-Prinċep Alfred’.
 
L-armerija li kienet xi darba fis-sular ta’ fuq, issa qiegħeda isfel in-naħa ta’ Triq il-Merkanti. Din hi waħda mill-akbar li jeżistu fl-Ewropa għax fiha mijiet ta’ armi u kurazzi tal-epoka ta’ żmien l-Ordni.  L-isbaħ fost il-kurazzi li hemm esebiti fil-vetrini, hi dik indurata bid-deheb li kienet tal-Gran Mastru Wignacourt. Din kienet armatura li kienet tintlibes f’okkażjonijiet speċjali, għax imbagħad ħdejha hemm armatura oħra tal-istess Gran Mastru  li hi tal-ħadid u li ma tagħtix daqstant fil-għajn għax ma għandhiex wisq dekorazzjonijiet. Fl-armerija hemm xwabel, kanuni, lanez, u armi oħra ta’ kull kwalità tal-epoka.
 
Fl-ewwel sular (''il piano nobile'') hemm kuriduri twal u sbieħ iddekorati b’diversi pitturi kemm bħala affreski mal-ħajt kif ukoll impinġijin fuq it-tila mwaħħla matul is-saqaf tal-istess kuritur. Din kien pinġiha Nicolò Nasoni (1724). Fost is-swali li wieħed jista’ jżur hemm is-Sala iż=żgħira tal-Kunsill, imsejħa wkoll “is-Sala tal-Arazzi”. Din is-sala kienet isservi bħala l-Parliament ta’ Malta sal-1976. Hawnhekk, miżmuma fid-dlam, hemm l-arazzi ta’ Perellos, magħrufa bħala “l-arazzi Goblin”. Dawn l-arazzi imprezzabli jiġbru f’ għaxar biċċiet dehriet mlewna ta’pjanti u annimali eżotiċi mill-Afrika u mill-Amerika ta’ Isfel.  Dawn ix-xeni fuq it-tapizzeriji huma meħudin minn disinji  li kienu ġew mogħtija mill-Princep ta’ Nassau lir-Re ta’ Franza Louis X1V fl-1679. L-arazzi ġew ikkommisjonati apposta għall-Palazz mill-Gran Mastru Ramon Perellos y Roccaful fl-1710.
 
Is-Sala tal-Pranzu serje ta’ ritratti tal-Presidenti tar-repubblika li ġew eletti sa issa. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, din is-sala ntlaqtet u saritilha ħafna ħsara minn bomba li ntefgħet waqt attakk mill-ajru. Ma’ din hemm sala oħra, biss ikbar, dik tal-Kunsill Suprem. Din is-sala hija ddekorata mal-partijiet għolja tal-ħitan tagħha minn serje ta’ affreski mpenġijin minn Mattia Perez D’Aleccio. Dawn l-affresski jiddiskrivu l-Assedju il-Kbir f’serje ta’ mapep bil-pożizzjoniet tal-gwerriera ta’ kull naħa kif ukoll minn serje ta’ episodji diversi tal-Assedju ta’ l-1565. Din is-sala kienet u għada sservi biex go fiha jsiru avvenimenti u okażżjonijiet statali, fosthom l-Għoti ta’ Ġieħ ir-Repubblika.
 
Sala oħra mogħnija b’rikezzi kbar ta’ pitturi, ċeramika u għamara hija dik magħrufa bħala s-Sala s-Safra (jew is-Sala tal-Paġġi). Din fiha bosta għamara fina u pitturi ta’ valur, kif ukoll serje ta’ affreski man-naħa ta’ fuq tal-ħitan.
 
Imbagħad hemm is-Sala il-Ħamra, (imsejħa hekk minhabba d-damask aħmar li hi ddekorata bih). din hi s-sala fejn il-President jilqa’ il-mistednin tiegħu, fosthom lill-ambaxxaturi meta dawn jippreżentaw l-karti ta’ kredenzjali tagħhom b’mod uffiċjali lill-President. l-istess kif kien jagħmel il-Gran Mastru fi żmienu.  Din is-sala ukoll hija rikka b’bosta affarijiet fosthom affreski li jirrakkuntaw l-istorja tal-Ordni ta’ San Ġwann, kif ukoll serje ta’ pitturi tar-rejiet Franċiżi kif ukoll għamara u oġġetti oħra.
 
Illum Il-Palazz barra li jservi ħafna funzjonijiet li semmejnha hawn fuq, iservi wkoll attrazzjoni kbira għat-turisti li jżuru Malta.
[[Kategorija:Belt Valletta]]
[[Kategorija:Palazzi f'Malta]]