Hugo Chávez: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m →‎Tfulija u żgħożija: Spanish spelling (Frías, es:Simón Bolívar)
+infobox
 
Linja 1:
{{Infobox bijografija}}
[[Stampa:Chavez141610-2.jpg|200px|thumb|Chávez f'Jannar tal-2006]]
'''Hugo Chávez''' ([[Sabanetatwieled (Veneżwela)|Sabaneta]], [[fit-28 ta' Lulju]] [[1954]][[Caracas]],miet [[fil-5 ta' Marzu]] [[2013]]) kien il-President tal-[[Veneżwela]] mill-1999 sal-mewt tiegħu fl-2013. Huwa kien wieħed mill-aktar mexxejja kontroversjali fl-[[Amerika Latina]] tal-aħħar snin tas-seklu għoxrin u l-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin. Il-popolarità tiegħu kienet marbuta mal-kariżma populista tiegħu. Il-Veneżwelani tawh mandat elettorali għar-raba' darba bħala President f'Ottubru 2012 – għalkemm b'distakk inqas qawwi mill-elezzjoni ta' qabel. Huwa rebaħ din l-elezzjoni b'55 fil-mija tal-voti, għalkemm huwa kien marid wisq biex jattendi għall-inawgurazzjoni tiegħu f'Jannar 2013.
 
== Tfulija u żgħożija ==
 
Imwieled fit-28 ta' Lulju 1954 f'familja fqira fl-Istat ta' Barinas fil-pjanuri tat-trobbija tal-baqar, Hugo Rafael Chávez Frías kien it-tieni f'familja ta' sitt aħwa.
 
Il-ġenituri tiegħu, li kienu għalliema, ma kellhomx flus biżżejjed biex irabbuh huma stess, b'hekk hu u ħuh il-kbir trabbew minn nannithom Rosa, li kienet devota Kattolika Rumana.
 
Meta kellu 17-il sena, huwa nesa l-ħolma bikrija tiegħu li jilħaq plejer tal-baseball u minflok mar fil-kapitali Caracas biex jistudja f'akkademja militari, fejn daħal erba' snin wara.
 
Chávez qatt ma ħa tagħlim formali, huwa żviluppa interess partikolari lejn il-karattri romantiċi fl-Istorja tal-Amerika Latina, fosthom [[Che Guevara]] u [[Simón Bolívar]], l-eroj tal-Indipendenza tal-Veneżwela tad-19-il seklu li fuqu Chávez huwa rappurtat li kellu "ossessjoni".
 
Huwa semma l-moviment politiku tiegħu għal Bolívar, u jingħad li kien jemmen li huwa kien ir-inkarnazzjoni ta' Bolívar innifsu.
 
== Il-Kolp ta' Stat ==
 
Meta kellu 23 sena, Chávez kien iżżewweġ lill-ewwel mara tiegħu Nancy Colmenares, li minnha kellu żewġt subien u tifla. Magħha waqqaf moviment rivoluzzjonarju sigriet li kien jiltaqa' klandestinament ma' gruppi tax-Xellug pajżana.