The Pirate Bay: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
tiswija tar-referenzi
Linja 1:
[[Stampa:The Pirate Bay logo.svg|200px|thumb|lemin|Logo uffiċjali ta' TPB]]
'''The Pirate Bay''' (magħrufa fil-qasir bħala '''TPB''') huwa [[sit elettroniku]] [[Żvezja|Żvediż]] li jipprovdi [[Magnet (standard)|ħoloq manjetiċi]] sabiex iħaffef it-[[tixrid ta' fajls]] bl-użu tal-protokoll [[BitTorrent]]. Attwalment huwa l-aktar direttorju għat-torrents aċċessat fid-dinja.<ref>{{ċita web |url=http://www.alexa.com/topsites/category/Computers/Internet/File_Sharing/BitTorrent/Torrent_Directories_and_Trackers |titlu=Torrent Directories and Trackers |editurpubblikatur=[[Alexa Internet]] |data-aċċess=3 ta' Ġunju 2014-06-03 |lingwa=Ingliż }}</ref>
 
== Storja ==
 
The Pirate Bay bdiet f'Novembru tal-2001 minn Piratbyrån (Il-Partit Pirata), organizzazzjoni Żvediża ta' kontra l-copyright; mill-2004 hi mmexxiha minn organizzazzjoni separata. [[Gottfrid Svartholm]] u [[Fredrik Neij]], magħrufin bil-laqmijiet tagħhom "anakata" u "TiAMO" rispettivament, huma l-fundaturi tas-sit. Fil-31 ta' Mejju 2006, saru rejds u ttieħdu s-servers tas-sit fi [[Stokkolma]] mill-pulizija Żvediża, li wassal biex is-sit ma kienx disponibbli għal tliet ijiem.<ref>{{ċita aħbar |url=https://thepiratebay.se/blog/111 |titlu=Two years and still going |editurpubblikatur=thepiratebay.seThe Pirate Bay |data=2008-07-31 ta' Mejju 2008 |data-aċċess=3 ta' Ġunju 2014-06-03 |lingwa=Ingliż }}</ref> The Pirate Bay kien involut f'numru ta' kawżi, kemm bħala kwerelant kif ukoll bħala akkużat. Fis-17 ta' April 2009, [[Peter Sunde]], Fredrik Neij, Gottfrid Svartholm u [[Carl Lundström]] instabu ħatja li għenu fil-ksur tal-copyright u ngħataw sentenza ta' sena ħabs u ħlas ta' multa ta' 30 miljun [[krona Żvediża]] (madwar 3.1 miljun [[Ewro]]), wara proċess ta' disgħat ijiem. L-akkużati appellaw mis-sentenza u akkużaw l-imħallef li kien imparzjali.<ref>{{ċita aħbar |url=https://torrentfreak.com/the-pirate-bay-trial-the-verdict-090417/ |titlu=The Pirate Bay Trial: The Official Verdict – Guilty |editurpubblikatur=TorrentFreak |awtur=enigmax |data=2009-04-17 ta' April 2009 |data-aċċess=3 ta' Ġunju 2014-06-03 |lingwa=Ingliż }}</ref> Fis-26 ta' Novembru 2010, il-qorti tal-appelli Żvediża kkonfermat il-verdett, naqqset il-piena ta' priġunerija oriġinali però żiedet il-multa għal 46 miljun kuruna Żvediża.<ref>{{ċita aħbar |url=http://news.smh.com.au/breaking-news-technology/prison-terms-of-pirate-bay-executives-shortened-20101127-18ayn.html |titlu=Prison terms of Pirate Bay executives' shortened |editurpubblikatur=The Sydney Morning Herald |data=2010-11-27 ta' Novembru 2010 |data-aċċess=3 ta' Ġunju 2014-06-03 |lingwa=Ingliż }}</ref> Fis-17 ta' Mejju 2010, minħabba inġunzjoni kontra l-fornitur tal-bandwith, is-sit ma baqax attiv. Madanakollu, l-aċċess għas-sit irritorna b'messaġġ fuq id-daħla jiddieħaq bl-inġunzjoni.
 
== Referenzi ==