Mediterran: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
No edit summary
Linja 27:
L-evaporazzjoni taqbeż ħafna l-preċipitazzjoni u t-tnixxija tax-xmajjar fil-Mediterran, fatt li huwa ta' importanza għaċ-ċirkolazzjoni tal-ilma fil-baċir. L-evaporazzjoni hija partikolarment għolja fin-naħa tal-Lvant, u tikkawża il-livell tal-ilma jonqos u s-salinità tiżdied dawk in-naħat. L-imluħa medja fil-baċin hija 38 PSU f'fond ta '5m. It-temperatura tal-ilma fl-iktar parti fonda tal-Baħar Mediterran hija 13.2 ° C (55.8 ° F).
L-influss nett tal-ilma mill-Oċean Atlantiku huwa ta' ca. 70,000 m³ / s jew 2.2 × 1012 m3 / a (7.8 × 1013 cu ft / a). Mingħajr dan l-ilma li jidħol mill-Atlantiku, il-livell tal-baħar tal-Baħar Mediterran jaqa' 'b'rata ta' madwar 1metru fis-sena.
 
 
 
Iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma fil-Mediterran tista' tiġi attribwita għall-ilmijiet tal-wiċċ li jidħlu mill-Atlantiku mill-Istrett ta' Ġibiltà, kif ukoll għall-ilma ta' salinità baxxa li jidħol fil-Mediterran mill-Baħar l-Iswed u mill-Bosforu. L-ilma tal-Atlantiku li hu u ħafna aktar nieqes mill-melħ meta jidħol mal-kurrent fil-Mediterran jiċċirkola f'direzzjoni len il-Lvant min-naħa tal-kosta Afrikana sa l-Iżrael u mbagħad lura lejn il-Punent tul in-naħa tat-Tramuntana tal-Mediterran. Parti mill-ilma tal-wiċċ ma tgħaddix mill-Istrett ta' Sqallija, iżda tiddevja lejn Korsika qabel ma toħroġ mill-Mediterran. Ix-xejriet taċ-ċirkolazzjoni huma affettwati wkoll minn bosta fatturi oħra - inklużi l-klima, il-batimetrija, u l-kimika u t-temperatura tal-ilma - li huma interattivi u jistgħu jaffettwaw l-preċipitazzjoni tal-evaporiti.
Line 54 ⟶ 52:
 
Id-diversità ekoloġika wiesgħa tipika tal-Ewropa Mediterranja hija kkwawżata l-aktar minħabba l-preżenza tal-bniedem. Id-diversità agrikola żdiedet bil-firxa u l-interazzjoni tal-agrikoltura lokali u t-trasport u kummerċ. Fil-ħamsinijiet tas-seklu għoxrin popolazzjonijiet sħaħ rurali fil-Mediterran abbandunaw l-agrikoltura. Minflok, mal-industrija tal-manifattura daħlet ukoll l-industrija tat-turiżmu li bidlet wiċċ il-fiżjonomija ta' parti kbira mill-kosta tal-Ewropa tan-Nofsinhar kif ukoll parti mill-Kosta tat-Tramuntana tal-Afrika.
Terremoti, attivitajiet vulkaniċi, tsunamis nirien fil-foresti li jniġġsu l-baħar huma wkoll perikli li ta' spiss huma ta' theddida lil-ambjent Mediterranju.
 
'''<big>Il-popli tal-Mediterran</big>'''
 
Il-popli li huma nattivi u li ilhom jgħixu madwar il-Mediterran għal dawn l-aħħar eluf tas-snin huma fil-maġġoranza tagħhom ta' razza Kawkasika. Biss kulturalment, l-istess popli jkopru firxa vasta ta' kulturali, waħda diversi mill-oħra. Mill-bidu tal-Perjodu Neolitiku t-tixrid tal-popli madwar il-litoral Mediterranju kienet stabbilit ruħha bħala ħajja sedentarja, billi l-attività prinċipali kienet saret l-agrikoltura li ħadet post il-kaċċa u l-ġbir tal-pjanti slavaġġ. Gruppi oħra madankollu, kienu u għadhom sal-lum nomadi jew jipprattikaw transumanza. Bosta minn dawn il-gruppi ta' nies kienu mifruda minn xulxin minħabba il-ġeografija fiżika, bħal ma huma, il-muntanji, id-deżert, u l-baħar. Biss, dan tal-aħħar dejjem kien għażla importanti biex wieħed jasal b'mod l-aktar mod faċli għaliex il-baħar filwaqt li għandu l-perikli tiegħu, biss qatt ma jimblokka it-triq li wieħed irid jaqsam. Għaldaqstant, il-Baħar Mediterran, filwaqt li jifred grupp popli u kulturali jgħin biex jiffaċilita kummerċja u kumikazzjoni kulturali bejn il-popli tar-reġjun.
 
'''<big>Il-pajjiżi tal-Mediterran</big>'''
 
L-antenati tal-popli tal-Mediterran kienu diversi. Tribujiet minn diversi partijiet tal-Ewropa, l-Afrika ta' Fuq u oħrajn mil-Lvant Nofsani qarrbu lejn il-kosta Mediterranja fi żminijiet diversi. matul il-medda ta' eluf ta' snin. Imbagħad, meta dawn saru sedentarji u bdew jikkmandaw lilhom infushom fi bliet u rħula raw kif għamlu li jżommu renji oħrajn milli jaħtfulhom arthom. Minħabba dan iċ-ċaqliq u invażjonijiet ta' poplu fuq ieħor saru ħafna gwerer sakemm finalment ġew stabbiliti konfini kemm imaġinarji kif ukoll fiżiċi bis-saħħa tal-ambjent naturali. . Biex nagħtu eżempju, waqt li Malta illum hi indipendenti wara ħafna eluf ta' snin maħkuma minn qawwiet u nazzjonijiet barranin, Ċipru pajjiż indipendenti mill-Greċja għandu parti minnu,dik tal-Lvant miżmuma bħala art taċ-Ċiprijotti Torok, għax dawn tal-aħħar jsostnu lill-poplu Tork li jgħix hemm. Fl-Afrika ta' Fuq, bosta mil-linji imaġinarji li jservu ta' fruntieri li jifirdu pajjiż minn ieħor saru fl-aħħar seklu
 
Madwar il-Mediterran, illum, hemm għoxrin stat li għandhom kosta li tmiss mal-baħar. Dan in-numru qed jeskludi l-Istat Palestinjan kif ukoll it-territorju Ingliż ta' Ġibiltà. Il-Portugall, għalkemm meqjus bħala pajjiż Mediterranju m'għandux kosta li tmiss mal-Mediterran.
 
Din hi l-lista ta' dawk l-istati tal-Mediterran li għandhom il-kosta tmiss mal-Baħar Mediterran. Dawn huma ppreżentati wieħed wara l-ieħor, bħal kif idur l-arloġġ:
 
Spanja, Franza, Monako, l-Italja, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Bosnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, l-Albanija, il-Greċja, it-Turkija, is-Sirja, il-Libanu, l-Iżrael, l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija, l-Alġerija u l-Marokk; Malta u Ċipru huma l-uniċi żewġ stati gżejjer. Barra minn hekk, il-Medda ta 'Gaża u t-territorji Brittaniċi barranin ta' Ġibiltà u Akrotiri u Dhekelia l-bażi sovrana fuq Ċipru, għandhom kosti fuq il-baħar. Naturalment uħud mill-pajjiżi għandhom aktar minn nazzjon omoġenju wieħed.
 
== Kontribut storiku ==