Mediterran: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 10:
 
== Formazzjoni ġeografika u ġeoloġika ==
Skont it-teorija magħrufa bħala '''The Continental Drift Theory''<nowiki/>', daqs tletin miljun sena ilu, il-Baħar Mediterran beda jifforma ruħu hekk kif iż-żewġ kontinenti, dawk tal-Afrika u dak tal-Ewrażja qorbu lejn xulxin, wieħed min-naħa tan-Nofsinhar u l-ieħor min-naħa tat-Tramunta. Biż-żmien, wara ħafna miljuni tas-snin, bdew anki jaħbtu ma' xulxin, kemm min-naħa tal-Punent, fejn il-ponta ta' dik li llum tagħmel parti mill-Marokk, kif ukoll il-parti Iberjana. Daqs sitt miljun sena ilu l-Istrett ta' Ġibiltà nagħlaq u għal daqs 600,000 sena, il-baħar fil-baċin tal-Mediterran beda jevapora minħabba li issa l-baħar tal-oċean Atlantiku ma baqax jidħol mill-Istrett. Dan il-fenomenu ambjentali hu magħruf bħala Kriżi tas-Salinità Messinjana (''The Messinian Salinity Crisis''). Sadanittant il-widien fil-qiegħ tal-Mediterran bdew jiffurmaw depożiti ta' miljuni ta' metri kwadri ta' melħ. Maċ-ċaqliq tal-blatt taż-żewġ kontinenti, bdew anki jiffurmaw serje ta' reġjuni ta' muntanji, bħall-Pirinej, l-Alpi, u l-Atlas. Ma' dawn wieħed irid isemmi ukoll l-attività vulkanika. Ħafna speċi terrestri, u marini ġew effettwati b'dawn il-movimenti tal-kontinenti għaliex minn żmien għall-ieħor kellhom jaddattaw ruħhom għal klima u ambjent differenti. Daqs ħames miljun sena ilu, il-ħajt ta' blat li kien jimblokka l-Istrett ta' Ġibiltà infaqa', kemm biċ-ċaqliq tal-kontinenti kif ukoll bis-saħħa tal-Oċean Atlantiku. L-esperti jaħsbu li fi żmien sentejn il-baġar li daħal mill-Istrett ta' Ġibiltà irnexxielu jerġa' jimla' il-baċin tal-Mediterran.
 
Fl-aħħar miljun sena il-baħar naqas mill-fond tiegħu minħabba l-perijodi glaċjali, u l-gżejjer Mediterranji reġgħu saru ħaġa waħda mal-kontinent Ewropew bosta drabi. Dan kien żmien fejn bosta merħliet ta' annimali, bħal ma huma, merħliet kbar ta' iljunfanti u l-ipopotami kellhom bilfors jinżlu lejn il-Mediterran biex jaħarbu l-kesħa xitwija u jsibu artijiet mhux miksija bis-silġ biex ikunu jistgħu isibu x'jieklu. Dawn setgħu jaqsmu lejn bosta gżejjer Mediterranji, fosthom Malta għaliex il-livell tal-baħar kien ħafna aktar baxx mil-lum tant li l-ispazju ta' bejn Malta u Sqallija kien ħieles mill-baħar u l-art kienet xotta. Il-gżejjer Mediterranji reġgħu ħadu l-forma tagħhom simili jew b'xi differenzi bħal ma huma llum hekk kif is-silġ mad-dinja kollha beda jdub għall-aħħar darba madwar 12,000 sena ilu u aktar.
 
 
'''<big>AttivitaAttività Vulkanika u Siżmika</big>'''
 
Matul il-miljuni tas-snin seħħet kemm-il darba attività vulkanika f'diversi partijiet tal-Mediterran li effettwaw kemm l-ambjent ta' madwarhom kif ukoll in-nies li jgħixu qrib tagħhom. Wieħed minn dawn l-avvenimenti katastrofiċi kienet l-isplużjoni / eruzzjoni tal-vulkan Tera, gżira qrib il-Greċja fejn illum hemm Santoni, fil-Baħar Eġew. Din l-isplużjoni seħħet madwar 1,700 / 1,600 sena qabel Kristu. Din l-isplużżjoni kkawżat tsunami kbir li xi esperti jaħsbu li qered iċ-ċiviltà ta' Minoa fil-gżira u l-madwar ta' Kreta. Il-Vesuvju huwa vulkan ieħor li jissemma matul l-istorja għall-erruzzjoni vjolenti tal-lava. Fis-sena 79 W.K. dan il-vulkan żbroffa b'qawwa enormi u qatel popolazzjoni sħiħa li kienet tgħix fil-qrib. L-istess materjal li ħareġ mill-vulkan iddistruġġa u għatta l-bliet Rumani ta ’Pompei u Erkulanu. Il-vulkani Etna u Stromboli huma aktar attivi u ta' spiss l-attenzjoni taqa' fuqhom kull meta tkun ħierġa l-lava minnhom għax din teffettwa mhux biss l-ambjent tal-madwar iżda anki tqanqal biża' fin-nies li jgħixu fil-villaġġi qrib. Il-Mediterran kontinwament jirreġistra attivitàjiet sismiċi li xi kultant ikunu ta' qawwa li tiddistruġġi l-ambjent tal-madwar u anki tipperikola l-ħajja tal-abitanti. Dawn it-terrimoti huma l-effet taċ-ċaqliq tal-blat taħt wiċċ l-art fir-reġjun.
Linja 21:
 
'''<big>Il-Baħar tal-Mediterran</big>'''
 
 
Billi l-baħar fil-baċin tal-Mediterran hu magħluq kważi minn kull naħa, dan jaffettwa l-kundizzjonijiet u l-karatteristiċi tiegħu li jagħmlu differenti min oċeani oħra. Pereżempju, il-baħar mhuwiex daqstant effettwat mill-marea li għalkemm iseħħu iżda huma insinjifikanti, ħlief għal golf ta' Venezja. Il-Mediterran huwa magħruf għall-kulur kaħlani skur tiegħu kif ukoll għaċ-ċarezza u l-limpidità.
L-evaporazzjoni taqbeż ħafna l-preċipitazzjoni u t-tnixxija tax-xmajjar fil-Mediterran, fatt li huwa ta' importanza għaċ-ċirkolazzjoni tal-ilma fil-baċir. L-evaporazzjoni hija partikolarment għolja fin-naħa tal-Lvant, u tikkawża il-livell tal-ilma jonqos u s-salinità tiżdied dawk in-naħat. L-imluħa medja fil-baċin hija 38 PSU f'fond ta '5m. It-temperatura tal-ilma fl-iktar parti fonda tal-Baħar Mediterran hija 13.2 ° C (55.8 ° F).
Line 30 ⟶ 28:
Iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma fil-Mediterran tista' tiġi attribwita għall-ilmijiet tal-wiċċ li jidħlu mill-Atlantiku mill-Istrett ta' Ġibiltà, kif ukoll għall-ilma ta' salinità baxxa li jidħol fil-Mediterran mill-Baħar l-Iswed u mill-Bosforu. L-ilma tal-Atlantiku li hu u ħafna aktar nieqes mill-melħ meta jidħol mal-kurrent fil-Mediterran jiċċirkola f'direzzjoni len il-Lvant min-naħa tal-kosta Afrikana sa l-Iżrael u mbagħad lura lejn il-Punent tul in-naħa tat-Tramuntana tal-Mediterran. Parti mill-ilma tal-wiċċ ma tgħaddix mill-Istrett ta' Sqallija, iżda tiddevja lejn Korsika qabel ma toħroġ mill-Mediterran. Ix-xejriet taċ-ċirkolazzjoni huma affettwati wkoll minn bosta fatturi oħra - inklużi l-klima, il-batimetrija, u l-kimika u t-temperatura tal-ilma - li huma interattivi u jistgħu jaffettwaw l-preċipitazzjoni tal-evaporiti.
 
'''<big>Biodiversità</big>'''
 
Kemm minħabba iċ-ċaqliq lejn xulxin taż-żewġ kontinenti kif ukoll minħabba it-taqlib tal-klimatika li seħħew mal-milja taż-żmien, l-aktar fi żmien u bejn il-Perijodi tas-Silġ (l-Interglacials) bosta pjanti u annimali infirxu jew spustjaw ruħhom b'mod konsiderevoli.
 
Fi tmiem tal-Perijodu Mioceneseħħet bidla fil-klima tal-baċir tal-Mediterran. L-evidenza fossili minn dak il-perijodu turi li l-baċir kellu klima subtropikali umda bix-xita fis-sajf tissostjeni l-foresti tar-rand. Il-bidla għal "klima Mediterranja" seħħet fil-biċċa l-kbira matul l-aħħar tliet miljun sena (l-epoka tal-Pliocene Tardiv) hekk kif naqset ix-xita tas-sajf. Il-foresti subtropikali tar-rand naqsu u l-veġetazzjoni Mediterranja preżenti evolviet, iddominata minn siġar koniferi u siġar u arbuxxelli sklerofilli b'weraq żgħar, iebsin u b'lega bħal xama' li jipprevjenu t-telf ta' umdità fis-sjuf niexfa.
 
Il-bijodiversità fil-Baħar Mediterran hija waħda stabbli minħabba l-kurrenti tal-arja li huma effettwati mill-geografija tal-artijiet ta' madwar il-Mediterran. L-ekosistema stabbli tal-baħar u t-temperatura tal-baħar jipprovdu ambjent nutrittiv biex il-ħajja fil-baħar fond tiffjorixxi filwaqt li tassigura ekosistema akwatika bilanċjata eskluża minn kwalunkwe fattur tal-Oċean Atlantiku. Huwa stmat li fil-Baħar Mediterran hawn aktar minn 17,000 speċi, b'bijodiversità tal-baħar ġeneralment ogħla f'żoni kostali, xkafef kontinentali.
 
Il-Baħar Alboran (dak qrib l-promonotorju tal-Iberja) huwa żona ta 'tranżizzjoni bejn l-Oċean Atlantiku u l-ibħra Mediterranji, li fih taħlita ta' speċi Mediterranji u Atlantiċi. Il-Baħar Alboran għandu l-ikbar popolazzjoni ta' delfini magħrufa bħala ''bottlenose.'' Din iz-zona ta' ''harbour porpoises'' fil-Mediterran. Huwa wkoll l-iktar post ta 'tmigħ importanti għall-fkieren tal-baħar (''loggerhead sea turtles'') fl-Ewropa. Fil-Baħar Alboran isir ħafna sajd kummerċjali importanti, inkluż dak tas-sardin u l-pixxispad. Il-bumerini Mediterranji (''monk seals'') jgħixu fil-Baħar Eġew, fil-Greċja.
 
Fl-2003, il-Fond Dinji għall-Ħajja Selvaġġa (World Wildlife Fund) wera tħassib dwar is-sajd mifrux fuq ix-xibka tat-tifrix (''drift net'') li jipperikola l-popolazzjonijiet tad-delfini, lil-fkieren, u annimali tal-baħar oħrajn bħall-awwista tax-xewka (''spiny squat lobster'').
 
Sas-snin tmenin kien hawn popolazzjoni mdaqqsa ta' balieni qattiela (killer whales) fil-Mediterran, li sfaw estinti, probabbilment minħabba l-espożizzjoni fit-tul għall-PCB. Kultant żmien jidhru xi ''killer whales'' 'l hawn u 'l hinn..
 
== Kontribut storiku ==