Difiża ta' Malta fi Żmien l-Ingliżi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Martin Morana mexxa l-paġna Fortifikazzjonijiet ta' Żmien l-Ingliżi f'Malta għal Difiża ta' Malta fi Żmien l-Ingliżi: b'hekk wieħed jista' jiddiskuti s-suġġett b'mod aktar olistiku billi jissemmew mhux biss il-fortizzi iżda anki l-postazzjonijiet anti-aircraft r-radar station u l-barracks
No edit summary
 
Linja 1:
{{wikifikazzjoni}}
Fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax il-militar Ingliż f'Malta utilizza bosta mill-istess fortifikazzjonijiet li ħalla warajh l-Ordni ta' San Ġwann, biss b'xi tibdiliet, l-aktar fil-Belt Valletta u fis-swar tal-Kottonera. Fit-tieni nofs tas-seklu dsatax l-Ingliżi bdew jibnu fortizzi ġodda tagħhom, l-aktar wara l-18801875. Hu x'inhu, il-militar Ingliż ħadem bis-sħiħ biex itejjeb id-difiża tal-gżejjer Maltin, l-aktar fin-naħa tal-Port il-Kbir fejn il-bastimenti tagħhom kienu ħerġinrmiġġjati lesti biex jintervjenu f'kull inkwiet politiku u deħlinmilitari li seta' jseħħ fil-Mediterran u l-madwar. Fl-1828 il-Kaptan Jones ippreżenta lill-gvern kolonjali rapport ta’ kif kellhom jittejbu s-swar ta’ Malta. Fost affarijiet oħra huwa kien tal-fehma li s-swar tal-[[Kottonera]] kellhom ikunu addatatti, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-bosta daħliet. Dawn ħafna minnhom ġew magħluqa, bħal pereżempju id-daħla ta' San Ġakbu, ta' San Lwiġi u dik ta' San Ġwann Tgħuxa.
 
Fuq in-naħa ta' ġewwa tas-swar tal-Kottonera, is-swar ttaqbu b'casemates minn fejn is-suldati setgħu jisparaw bl-ixkubetti. Donnu hawn kellhom il-ħsieb li s-swar setgħu anki jservu ta' difiża kontra l-għadu li jattakka min-ġewwa.<ref>{{Ċita ktieb|kunjom=Wismayer|isem=J.M. Captain|sena=2003|titlu=A Miscellanea of Historical Records|lingwa=Ingliż|pubblikatur=Printwell Ltd|isbn=99932-0-209-6}}</ref>
Linja 7:
==Fortizzi==
Waħda mill-eqdem fortizzi li bnew l-Ingliżi kienet appuntu bejn is-swar ta' barra u dawk ta' ġewwa fuq il-linji tal-Kottonera. Din kienet il-Fortizza Verdala (1852) . Barra din il-fortizza fuq in-naħa ta' Notre Dame Gate inbniet it-trunċiera ta’ San Klement, bl-iskop li jekk l-għadu jirnexxielu jirbaħ s-swar ta' barra u jidħol ġewwa dan isib swar oħra b'difiża soda mis-suldati li setgħu jisparaw għal fuqhom mill-casements.<ref>{{Ċita ktieb|kunjom=Wismayer|isem=J.M. Captain|titlu=A Miscellanea of Historical Records}}</ref>
 
fl-1854-56 il-Gwerra tal-Krimea ġiegħlet l-Ingliżi jaħsbu. Fl-1866, il-Kurunell william Jervois kien għamel rapport ġenerali tat-titjib fid-difiża tal-gżejjer Maltin.Fl-1871 kemm l-Italja kif ukoll il-Ġermanja irnexxielhom jaslu biex kull wieħed minnhom junifika lilu nnifsu f'pajjiż sovran. Aktar tard, fis-sebgħinijiet. meta l-Ġermanja kif ukoll l-Italja bdew jimmiraw biex ikollhom l-armata, il-flotta u l-kolonji tagħhom, l-Ingilterra bdiet taħseb biex issaħħaħ id-difiża ta' Malta għalli jista' jinqala'.
 
Hekk kif fil-Mediterran kien irewwaħ xi periklu ta' gwerra l-Ingliżi kienu jduru dawra madwarhom biex jaraw x'jistgħu iżidu b'mod ta' difiża ma' dak li diġa kien hemm. Naturalment, l-esiġenza tat-tibidl fil-kwalità ta' fortifikazzjoni kienet relatata wkoll mal-invenzjoni u l-użu ta' armamenti ġodda. Fost l-ewwel kostruzzjonijiet ta’ difiża kien hemm il-fortizzi ta’ San Leonardu, Santu Rokku, u l-batterija tal-ponta ta’ tas-Sliema. Fortizzi oħra li ntużaw kienu l-batteriji ta' żmien l-Ordni, l-aktar f'bajjiet ma' kull naħa ta' Malta, l-aktar daqs disa’ batteriji qrib il-port ta’ Marsamxett u l-Port il-Kbir.