Difiża ta' Malta fi Żmien l-Ingliżi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
{{wikifikazzjoni}}
Fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax il-militar Ingliż f'Malta utilizza bosta mill-istess fortifikazzjonijiet li ħalla warajh l-Ordni ta' San Ġwann, biss b'xi tibdiliet, l-aktar fil-Belt Valletta u fis-swar tal-Kottonera. Fit-tieni nofs tas-seklu dsatax l-Ingliżi bdew jibnu fortizzi ġodda tagħhom, l-aktar wara l-1880. Hu x'inhu, il-militar Ingliż ħadem bis-sħiħ biex itejjeb id-difiża tal-gżejjer Maltin, l-aktar fin-naħa tal-Port il-Kbir fejn il-bastimenti tagħhom kienu ħerġin u deħlin. Fl-1828 il-Kaptan Jones ippreżenta lill-gvern kolonjali rapport ta’ kif kellhom jittejbu s-swar ta’ Malta. Fost affarijiet oħra huwa kien tal-fehma li s-swar tal-[[Kottonera]] kellhom ikunu addatatti, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-bosta daħliet. Dawn ħafna minnhom ġew magħluqa, bħal pereżempju id-daħla ta' San Ġakbu, ta' San Lwiġi u dik ta' San Ġwann Tgħuxa.
 
Line 18 ⟶ 19:
 
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija dawn il-fortifikazzjonijiet malajr spiċċa l-użu tagħhom għaliex ma kinux jifilħu kontra l-armamenti aktar moderni u effikaċi li dejjem kienu qed ikunu introdotti. Issa wieħed ried anki jaħseb għall-possibilità ta' difiża kontra attakki li setgħu ikunu nukleari. Għal dan kien sar xi tentattif ta' xogħlijiet mill-Ingliżi sakemm wasal iż-żmien li l-Ingliżi bdew jabbandunaw l-ideat tagħhom dwar l-użu ta' Malta bħala kolonja u fortizza, lejn l-aħħar tas-snin ħamsin.
 
 
'''<big>Lista ta' Fortizzi ta' żmien l-Ingliżi</big>'''
 
* Fort Verdala, Bormla - 1852,
 
* Lascaris Battery, Valletta.
* Sliema Point Battery - 1872
* Fort St. Rocco (l/o Żabbar (1872–73)
* Fort Leonardo (l/o Żabbar (1875–78).
* Corradino Lines overlooking The Grand Harbour (1871 - 1880)
* Victoria Lines,(North West Front) (1875 - 1899)
* Fort Binġemma, Fort Madalena and Fort Mosta, Fort Pembroke (1875 - 1989)
* Fort San Lucian nbniet mill-Ordni ta' San Ġwann (rinfurzata: 1874–78)
* Fort Delimara (1876–88)
* Fort Tas-Silġ Marsaxlokk (1879–83).
* Saint Paul's Battery, Marsaxlokk - 1881
* Żonqor Battery, Marsaskala -1882
* Cambridge Battery and Rinella Battery (1878-1886)
 
==Ara wkoll==