Neolitiku: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
żieda stampa #WPWPMT
No edit summary
 
Linja 1:
{{stub|Storja}}
[[Stampa:Mnajdra Central Temple.jpg|daqsminuri|291x291px|It-tempju ċentrali tal-Imnajdra, Malta]]
'''Neolitiku''' tfisser il-ġebla ġdida u li jibda minn daqs 12,000 - 10,000 sena ilu. Dan hu dak iż-żmien meta fil-Mediterran, l-aktar fil-Lvant Nofsani, il-bniedem beda jgħix ħajja sedentarja u ma' baqax biss bl-ikel li kien jaqbad mill-kaċċja jew mill-ġbir tal-ħxejjex li jikbru fis-selvaġġ. Il-bniedem sedentarju beda jkabbar il-ħxejjex tiegħu. Dan wassal biex l-individwi li kienu jgħixu fir-reġġjun bdew jgħxiu ħajja komunitarja u minn hawn bdew jiżviluppaw il-bliet u b'hekk iċ-ċivilitajiet.
'''Neolitiku''' tfisser il-ġebla ġdida. Iż-żmien Neolitiku ta' [[Malta]] (magħruf ukoll bħala Żmien il-Ħaġar) jinqasam f'tliet perjodi. Dawn jissejħu Żmien [[Għar Dalam]]; Żmien [[Skorba]] Griża u Skorba Ħamra.
 
== Żmien Għar Dalam ==
 
'''<big>In-Neolitiku f'Malta</big>'''
Ħafna żmien ilu, il-gżejjer Maltin kienu jagħmlu parti mill-muntanji li nsibu fil-Punent tal-[[Baħar Mediterran]] u għalhekk qabel ma l-livell tal-[[baħar]] għola, Malta u [[Għawdex]] ma kinux gżejjer. Din it-teorija hija mibnija fuq żewġ fatturi, li huma: l-ewwel, ir-riżultati li ħarġu minn studju li sar taħt il-baħar bejn l-[[Afrika]] u [[Sqallija]], filwaqt li t-tieni huwa, il-[[fossili]] li nstabu f'Għar Dalam u f'postijiet oħra madwar Malta u Għawdex. F'dan l-[[għar]] instab għadam ġebli ta' [[ippopotami]], [[Iljunfant|iljunfanti]], [[ċriev]], [[orsijiet]] u bhejjem oħra kbar u slavaġ li qatt ma setgħu jgħixu fuq dawn il-gżejjer.
 
In-neolitiku f'Malta jibda mal-miġja tal-ewwel abitanti li qasmu minn Sqallija u ġew jgħixu f'Malta. Xogħolhom kien dak li jaħdmu l-art, jistgħadu u jgħixu minn kull ma kien jikber waħdu jew jitkabbar minnhom. Il-fażi Neolitiku f'Malta jinqasam f'żewġ partijiet, dak in-Neolitiku meta l-ewwel abitanti bdew jgħixu f'għerien u ġriebeġ tal-ġebel. It-tieni fażi kien dak meta immigrazzjoni ta' nies oħra, bdew wara bosta ġenerazzjonijiet jibnu t-tempji megalitiċi. Dan iż-żmien jissejjaħ ukoll Żmien ir-Ram. Mhux għaliex f'Malta jew fit-tempji instab ir-ram, iżda biex wieħed jipparaguna dan il-perjodu Neolitiku f'Malta ma reġjuni fl-Ewropa fejn ir-ram kien jintuża. Id-distinzjoni bejn fażi u oħra hi ħafna drabi identifikabbli mill-mod kif kien jinħadem il-fuħħar.
 
il-fażijiet tal-eqdem żminijiet fin-Neolitiku ta' Malta huma dawn:
 
 
Għar Dalam 5,200 - 4,500 Q.K.
 
Skorba tal-fuħħar Griż 4,500 - 4,400 Q. K.
 
Skorba tal-fuħħar l-aħmar 4,400 - 4,100 Q.K.
 
== ŻmienIl-fażi Għar Dalam ==
 
Dan hu l-eqdem fażi tal-preistorja f'Malta (5,200 Q.K.) Dan hu l-ewwel żmien meta l-bniedem beda jgħix fil-ġżejjer Maltin.
 
== Żmien Skorba Griża u Ħamra ==
[[Stampa:Skorbagrizauhamra.JPG‎|thumb|right|310px| Skorba Griża u Ħamra]]
L-istudjużi jaħsbu li aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar ġew nies minn barra jgħammru fuq dawn il-gżejjer. Dawn in-nies ma baqgħux jgħixu biss f'għerien, iżda kien hemm minnhom li bdew jibnu d-djar (għerejjex) ċkejkna sempliċi magħmula mit-tajn. Ħafna djar viċin xulxin bdew jieħdu qagħda ta' [[raħal]] żgħir. Minn dawn l-irħula ċkejkna li kienu jkunu mxerrda madwar il-Gżejjer Maltin, illum baqa' biss xi ftit fdalijiet żgħar tagħhom. Fi Skorba, viċin l-[[Mġarr|Imġarr]], instabu xi pedamenti u fdalijiet ta' binibinjiet ta'li [[tempji]]kienu u tax'aktarx djarjixbhu minn żmien ill-[[Preistorja]]giren. Sfortunatament, illum baqa' biss xi ftit fdalijiet u pedamenti. Skorba huwa maqsum f'żewġ fażijiet: Skorba Griża u Skorba Ħamra. Wara li għadda xi ftit żmien, il-kulur tal-fuħħar griż maissa ntogħġobxbeda ujingħata għalhekk inħoloq fuħħar ta'kulur lewnaħmar aħmar skur.
 
 
'''<big>Żmien il-Kalkolitiku / Żmien it-Tempji</big>'''
 
Dan hu dak il-perjodu meta kienet waslet Malta komunita ġdida ta' nies minn Sqallija. Kienet din il-komunita li wara ċertu żmien bdiet tibni tempji megalitiċi li damu jservu lill-ġenerazzjonijiet ta' wara għall-mijiet ta' snin.
 
Il-fażijiet ta' dan il-perijodu Neolitiku - magħruf ukoll bħala Żmien ir-Ram, jew Żmien il-Kalkolitiku jinqasam f'fażijiet b'dan il-mod:
 
 
Fażi (Ħaż) Żebbuġ 4,100 - 3,800 Q.K.
 
Fażi Mġarr 3,800 - 3,600 Q.K.
 
Fażi Ġgantija 3,600 - 3,000 Q.K.
 
Fażi ta' Ħal Saflieni 3,300 - 3,000 Q.K.
 
Fażi (Ħal) Tarxien 3,000 - 2,500 Q.K.
 
 
Kull fażi hi distinta mill-oħra l-aktar mill-istil tal-fuħħar. Biss, anki fil-kwalita tal-bini tat-tempji, fejn l-arkitettura u l-qtugħ tal-blat li bih ittella' t-tempju huma ta' kwalita superjuri minn dak ta' qabilhom.
 
Wara dan il-perjodu, tibda fażi ġdida, li tidher li kienet isseparata totalment forsi bis-snin 'il bogħod iżda b'ertament bil-kultura li kienet totalment differenti minn dik tat-tempji ta' żmien in-Neolitiku. Dan hu żmien il-Bronż. Dan ukoll għandu l-fażijiet distinti tiegħu, kull fażi timmarka l-wasla ta' grupp ta nies differenti minn ta' qabilhom. Il-fażijiet ta' Żmien il-Bronż huma dawn:
 
 
Fażi taċ-Ċimiterju ta' Ħal Tarxien 2,500 / 2,000 - 1,500 Q.K.
 
Fażi tal-Baħrija 1,500 - 700 Q. K.
 
Fażi ta' Borġ in-Nadur 900 - 700 Q. K.
 
 
 
 
[[Kategorija:Preistorja]]