Premju Nobel għall-Paċi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 5:
 
Minħabba n-natura l-politika ta' dan il-premju, għall-ħafna mill-istorja, l-għoti ta' dan il-premju kien suġġett għal numru ta' kontroversji. L-iktar premju riċenti ngħata lill-[[Programm Dinji tal-Ikel]] fl-2020.
 
== Proċess ta' nominazzjoni ==
 
Kull sena, il-Kumitat Norveġiż tan-Nobel jistieden lil nies kwalifikati sabiex jissottomettu nominazzjonijiet għall-Premju Nobel għall-Paċi.<ref>{{ċita web |titlu=Nomination for the Nobel Peace Prize |pubblikatur=Fondazzjonii Nobel |url=http://nobelprize.org/nomination/peace/index.html |data-aċċess=2009-09-10 |lingwa=Ingliż |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20090830181941/http://nobelprize.org/nomination/peace/index.html |arkivju-data=2009-08-30 }}</ref> L-istatuti tal-Fondazzjoni Nobel jispeċifikaw il-kategoriji ta' individwi li huma eliġibbli li jitfgħu n-nomina għal dan il-Premju.<ref name="nomination">{{ċita web |titlu=Who may submit nominations? |pubblikatur=Il-Kumitat Norveġiż tan-Nobel |data=2007-10-08 |url=http://nobelpeaceprize.org/en_GB/nomination_committee/who-can-nominate/ |data-aċċess=2009-09-10 |lingwa=Ingliż |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20130630174311/http://nobelpeaceprize.org/en_GB/nomination_committee/who-can-nominate/ |arkivju-data=2013-06-30 }}</ref> In-nominaturi huma:
 
* Membri ta' assemblaġġi u gvernijiet nazzjonali u membri tal-[[Unjoni Interparlamentari]]
* Membri tal-[[Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ]] u l-[[Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja]] f'The Hague
* Membri tal-[[Institut de Droit International]]
* Akkademiċi fuq livell ta' professur jew professur assoċjat tal-istorja, ix-xjenzi soċjali, il-filosofija, il-liġi u t-teoloġija, retturi tal-università, diretturi tal-università (jew l-ekwivalenti tagħhom), u diretturi ta' istituti dwar ir-riċerka tal-paċi u l-affarijiet internazzjonali
* Rebbieħa preċedenti tal-Premju, inklużi membri tal-bord ta' organizzazzjonijiet li rċevew il-Premju
* Membri preżenti u passati tal-Kumitat Norveġiż tan-Nobel
* Konsulenti permanenti preċedenti tal-Istitut Norveġiż tan-Nobel
 
In-nominazzjonijiet huma kkunsidrati mill-Kumitat tan-Nobel f'laqgħa fejn tiġi elenkata lista ta' kandidati li għandhom jiġu riveduti. Din il-lista hi mbagħad ikkunsidrata mill-konsulenti permanentii tal-istitut tan-Nobel, li jikkonsisti mid-direttur u d-direttur tar-riċerka tal-istitut u numru żgħir ta' akkademiċi Norveġiżi b'għarfien f'oqsma relatati mal-Premju. Il-konsulenti ġeneralment ikollhom ftit xhur biex ilestu r-rapporti li mbagħad jingħataw lill-kumitat għall-għażla tar-rebbieħ. Il-kumitat ifittex isib deċiżjoni unanima li tasal lejn l-aħħar ta' Settembru jew il-bidu ta' Ottubru.<ref name="selection">{{ċita web |titlu=How are Laureates selected? |pubblikatur=Il-Kumitat Norveġiż tan-Nobel |url=http://nobelpeaceprize.org/en_GB/nomination_committee/selection-process/ |data-aċċess=2009-09-10 |lingwa=Ingliż |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20090831032749/http://nobelpeaceprize.org/en_GB/nomination_committee/selection-process |arkivju-data=2009-08-31 }}</ref>
 
== Rebbieħa ==