Karnival ta' Malta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
immarkata għall-wikifikazzjoni
Linja 2:
 
 
 
'''<big>L-istorja tal-Karnival</big> ta' Malta'''
 
 
{{Wikifikazzjoni}}
 
Il-'''Karnival ta' Malta''' huwa ċelebrazzjoni tradizzjoni li tinvolvi sensiella ta' attivitajiet li jsiru kull sena fil-ġranet immedjatament qabel il-bidu tar-[[Randan]].
 
Jeżistu żewġ tifsiriet li jinterpretaw l-oriġini tal-kelma ‘karnival’ b’mod differenti u oppost. Iż-żewġ tifsiriet għandhom x’jaqsmu mas-sawm tar-Randan.  L-ewwel verżjoni hi ''carne vale'' – jiġifieri ‘jiswa l-laħam’, l-oħra hi ''carne lievare, jiġifieri'' ‘jitwarrab il-laħam’.  Nemmen aktar fl-ewwel tifsira, li l-isem tal-karnival jirriferi għal dawk il-ġranet meta l-laħam kien jista’ jittiekel fi ġranet speċjali eżatt qabel ir-Randan. Dan għaliex mal-karnival hemm ukoll marbuta t-termini tal-''Giovedì Gras'' u l-''Martedì Gras'', għax dawn ukoll jirriferu għal ċerti ġranet meta l-laħam, u miegħu x-xaħam setgħu jittieklu.  Hi x’inhi t-tifsira l-karnival hu marbut maż-żmien ta’ qabel ir-Randan.  
 
== Storja ==
F’dokumenti tas-seklu 15 insibu li fl-isptar ta’ Santu Spirtu r-Rabat, il-morda kienu jingħataw ikel aktar rikk mis-soltu, l-aktar, laħam tal-vitella, ġobon u ħalib. Dan bħallikieku biex ipatti għal jiem ta’ astinenza li wieħed kellu josserva fl-erbgħin jum tar-Randan. Interessanti wkoll illi fi żmien il-Medjuevu kien hemm nies Maltin li kien jisimhom Carnevale, bħallikieku dawn ġew mgħotija isem ta’ xi qaddis jew ta’ xi ġurnata sagra.  
 
Line 16 ⟶ 22:
Il-Granmastru Jean Parisot de Valette kien ta spinta lill-festeġġjamenti tal-karnival, meta ta l-permess li jintlibsu l-maskri fil-pubbliku. B’hekk, kemm il-kavallieri żgħażagħ kif ukoll ħafna Maltin sabuha inqas skomdu biex jipparteċipaw, mingħajr mistħija ta’ xejn.
 
== Il-Parata ==
 
'''<big>Il-Parata</big>'''
 
Il-Parata tiftaħ il-jiem ta' divertiment. Fl-antik din kienet issir is-Sibt. Fiha jkun hemm żewġ gruppi wieħed liebes ta’ Kavallieri u l-ieħor liebes ta’ Torok u dawn jibdew ġlieda bix-xwabel, naturalment iż-żifna tispiċċa bir-rebħa tal-Kavallieri. Fl-aħħar taż-żifna dawk lebsin ta’ Kavallieri jgħollu fuq l-idejn tifla bi stallett f’idha msejħa l-Għarusa li tirrappreżenta r-rebħa.
Fi żmien il-Kavallieri l-Parata kienet tittieħed bis-serjeta` u f’Sibt il-Karnival fil-għodu kmieni nies mill-irħula kien jmorru ħdejn il-Palazz il-Belt biex jitolbu l-permess tal-Gran Mastru biex jagħmlu l-Parata għaliex mingħajr dan il-permess il-Parata ma kinitx issir u jekk ma ssirx il-parata ma kienx isir Karnival.
Line 34 ⟶ 38:
Fost dawn kien ikun hemm xi erba’ sodod b’daqstant morda u ‘t-tabib’, u ‘l-infermiera’ jduru magħhom bħallikieku qed iħejju għal xi operazzjoni.  Wara ftit il-’pazjent’ jitqatta’ biċċiet bħallikieku l-operazzjoni kienet tirrikjedi l-amputazzjoni. F’xena oħra kien ikun irreċċtat wkoll minn xi ħadd liebes ta’ nutar biex dan jagħmel il-kuntratt taż-żwieġ.  Fuq ras l-għarusa kienet titpoġġa statwa tal-ħelu għolja xi ħamest ixbar, magħrufa bħala l-qarċilla.
 
'''== Il-'Karnival ta' Malta llum''' ==
 
'''Il-'Karnival ta' Malta llum'''
 
Dan l-avveniment storiku għad għandu post importanti fuq il-kalendarju kulturali Malti.
 
Line 54 ⟶ 56:
Għalkemm il-karnival illum sar aktar fejn in-nies jixtru u jonfqu l-flus kif ukoll jagħmlu n-negozju u spettaklu turistiku jibqa’ festa folkloristika importanti ħafna li miegħu hemm marbutin tradizzjonjiet antiki li sfortunatament ħafna minnhom intesew.
 
'''<big>== Bibliografija</big>''' ==
 
'''<big>Bibliografija</big>'''
 
 
Boisgelin Louise, ''Ancient and Modern Malta.''