Folklor: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
ftit wikifikazzjoni
Linja 1:
{{wikifikazzjoni}}
 
 
 
'''<big>Introduzzjoni</big>'''
 
L-istudju tal-folklor jiġbor fih l-istħarriġ tad-drawwiet ta' popli jew komunitajiet li għexu flimkien u ħaddnu l-istess użanzi għal bosta ġenerazzjonijiet, fi żmien qabel ma' dik l-istess s-soċjetà industrijalizzat ruħha. Biex wieħed jagħti eżempju sempliċi, fl-istudju tal-folklor wieħed jiktellem dwar produzzjoni ta' oġġetti magħmula bl-idejn u mhux bil-magni almenu mhux makkinarju modern. L-istess jekk wieħed jistudja is-sajd, wieħed jitkellem fuq is-sajd artiġjanali u mhux is-sajd bit-trawlers.Il-folklor hu l-istudju etnografiku ta' poplu jew komunità u mhux ta' individwi. Il-folklor jirrigwarda dak il-livell tal-istorja li titbiddel bil-mod, ħafna aktar mill-istorja politika li tista' tinbidel b'daqqa ta' pinna jew b'mod vjolenti.
Line 15 ⟶ 11:
Il-folklor huwa dak l-arkivju li mhux dejjem ssibu miktub. Kultant din l-informazzjoni dwar il-folklor tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra b'mod orali. L-antik jibqa' b'hekk, fil-memorja kollettiva tal-poplu.
 
== Il-Folklore Malti ==
 
'''=== Il-ħajja mit-Twelidtwelid sal-Mewt'''mewt ===
'''EŻEMPJI MILL-FOLKLOR MALTI'''
 
 
'''Il-ħajja mit-Twelid sal-Mewt'''
 
Wieħed jista' jiġbor il-folkor kollu f'dokument wieħed u jintitolah: 'Il-Ħajja ta' Dari'. Fih wieħed jista' jirrakkonta l-użanzi tal-bniedem minn meta jitwieled sakemm imut. Hekk insibu illi fil-folkor Malti hemm marbuta ħafna użanzi mal-liturġija tal-Knisja, il-biedja u s-sajd, il-bini, u l-mod ta' kif il-familja kienet tgħix.
 
 
 
Ir-riti reliġjużi u l-mod ta' kif dawn ikunu kkumplimentati mill-poplu jgħaqqdu volumi sħaħ. Ngħidu aħna, l-użanzi fil-magħmudija, fil-preċett, fiż-żwieġ u l-funerali, kollha għandhom ir-ritwal reliġjuż tagħhom li jmur lura mijiet tas-snin. Xi wħud minn dawn l-użanzi imbidlu. L-għemejjel u  l-ħsibijiet, kultant superstizzjużi, kienu barra r-regoli tal-Knisja. Biex nagħtu eżempju, insemmu il-ġilwa tat-tieġ, jiġifieri l-purċissjoni li kienet issir mid-dar tal-għarusa sal-knisja ftit qabel iċ-ċerimonja taż-żwieġ, it-tbaħħir tad-dar bil-weraq taż-żebbuġ, jew inkella, il-ġarr tal-amuletti kontra l-għajn ħażina.  
 
'''=== Il-loghob tat-Tfal'''tfal ===
 
Agius de Soldanis fid-''Damma'', id-dizzjunarju tiegħu li kiteb bejn 1659 u l-1670, isemmi bosta logħbiet tat-tfal, xi wħud minnhom għadhom jintlabu sal-lum, oħrajn li ntesew. Fost dawn isemmi l-gardinaw, speċi ta' logħba bħall-ħarba. Logħba oħra antika hi in-noli. Ftit jafu li l-isem ta' din il-logħba ġej mit-Taljan, għaliex meta t-tifel li jfittex lil sħabu kien jgħajjat: ''tu li''? ir-risposta kienet tkun ''no li'', le mhux hemm!' Anki l-kbar kellhom u għad għandhom il-logħob tradizzjonali tagħhom, bħal ma nsemmu il-logħob tal-brilli u l-logħob tal-boċċi.
 
=== L-għajdut u leġġendi ===
'''L-Għajdut u Leġġendi'''
 
Ħafna drabi l-antiki kienu jħobbu jinterpretaw dak li ma jifhmux bi qlajjiet u stejjer, biex jissodisfaw, b'mod kif jifhmu huma l-misteri tal-ħajja. Per eżempju, wieħed kien jipprova jaqta' t-temp bl-irwiegel li kienu interpretati fil-jiem ta' qabel il-Milied. In-natura tat-temp ta' kull wieħed mit-tnax-il jum ta' qabel il-Milied kien suppost jirrifletti it-temp ta' kull xahar tas-sena ta' wara. Stejjer li kienu jingħadu lit-tfal, biż-żmien saru leġġendi u llum jagħmlu parti mill-folkor Malti. Hekk insibu l-istorja ta' kif saret il-ħofra tal-Maqluba li hemm qrib il-Qrendi, jew ta' kif inbnew it-tempji preistoriċi.
 
'''Id-Divertiment -=== Kant u żfin''' ===
 
In-nies riedu mhux biss jaħdmu biex jaqilgħu x'jieklu, iżda anki jiddevertu, biex forsi b'hekk ineħħu ftit mill-monotonija tal-ħajja. Il-Maltin, bħal popli oħra fittxew il-kant u l-mużika biex jiddevertu, l-aktar fil-festi. L-għana, kien popolari ħafna u kien jitkanta ġewwa l-ħwienet tat-te, jew fuq xi għatba, jekk mhux ukoll f’xi festa. Hemm l-għana tal-fatt, fejn isir rakkont ta' ġrajja vera; l-għana spirtu pront, fejn żewġ għannejja jew aktar jgħannu b'versi li jagħtu botta u risposta li jivvintaw dak il-ħin fil-pront. Hemm ukoll l-għana msejjaħ, ala Bormliża, fejn l-għannej ikanta b'noti għoljin daqs li kieku ser jaqla' l-garġi
 
'''=== Il-Qwiel''' ===
 
Fost ħafna modi kif il-folklor wasal għandna, hu mill-qwiel. Il-qwiel jirreferuna għal kull aspett tal-ħajja ta' dari. Bihom, ta' qabilna għaddew kwantità kbira ta' twissijiet siewja dwar x'għandna u x'ma għandniex nagħmlu f'kull tip ta' sitwazzjoni tal-ħajja. Il-kalendarju tal-bidwi kien imsaħħaħ bil-qwiel, ibbażat fuq l-esperjenza ta' minn ġarrab is-suċċessi u l-fallimenti tal-biedja. L-istess f'kull sitwazzjoni oħra, biex wieħed seta' jevita l-inkwiet kien u għadu jdur għall-qwiel.  
 
Ma' dawn l-eżempji nistgħu inżidu lista sħiħa, bħas-snajja’ jew l-ikel li kien jittiekel. Il-folklor hu dak it-teżor ta' informazzjoni dwar il-ħajja tal-passat. Il-folklor jibqa' dejjem is-sinsla tal-mod kif il-pajjiż, il-poplu jew il-komunità żvilupaw biex saru dak li huma llum.
 
== Biblijografija dwar il-folkor Malti ==
 
'''<big>Biblijografija</big>'''
 
Agius W. Albert, ''Qwiel, Idjomi, Laqmijiet Maltin u trufijiet oħra''. BDL. 2004.