Soft law: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m + titlu bil-korsiv
Linja 1:
Fil-lingwaġġ ġuridiku, it-terminu Ingliż '''''soft law''''', li hu diffiċilment traduċibbli għall-Malti, jirreferi għal sensiela ta' fenomeni ta' regolazzjoni marbutin mal-produzzjoni ta' regoli li m'għandhomx effikaċja vinkolanti diretta. Is-soft law għalhekk hija kontrapposta għall-istrumenti tradizzjonali tar-regoli (il-liġijiet, ir-regolamenti, eċċ), li joħorġu skont proċeduri determinati minn min għandu l-awtorità (il-parlamenti, il-gvernijiet, eċċ.), li jipproduċu regoli li għandhom effikaċja vinkolanti diretti fil-konfront tad-destinatarji tagħhom (hard law).
 
==Karattri ġenerali==
Fin-nuqqas ta' effikaċja vinkolanti diretta, il-garanzija tal-osservanza tar-regoli tas-''soft law'' tistrieħ fuq il-fatt li min jagħmel is-''soft law'' huwa d-destinatarju tagħha (l-awtoregolamentazzjoni) inkella fuq l-awtorevolezza ta' min jagħmilha u għalhekk fuq il-qawwa persważiva tal-istess. Dawn ir-regoli jwasslu għal sitwazzjonijiet ġuridiċi soġġettivi direttament tutelabbli f'sede ġuridsizzjonali, għad li dan ma jeskludix li l-imħallef jieħu kunsiderazzjoni indiretta tagħhom.
 
Il-kunċett ta' ''soft law'' hu pjuttost sfumat, u jfisser gamma varjegata ta' fenomeni normattivi: mill-kodiċijiet tal-awtoregolamentazzjoni adottati minn impriżi partikolari jew organizzazzjonijiet oħrajn, sal-kodiċijiet deontoloġiċi jew regoli simili adottati minn assoċjazzjonijiet professjonali; minn xi atti ta' dritt internazzjonali, għal ġabriet ta' prinċipji u regoli ta' nisel spontanju, spjegati minn organizzazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali, governattivi jew mhux governattivi.
Linja 12:
Anki l-atti ta' leġiżlazzjoni ta' ''hard law'', bħal-liġijiet u r-regolamenti, jistgħu jipproduċu liġijiet ta' ''soft law'' meta jagħżlu li jimponu fuq ir-riċevitur obbligi bla rabta fuq il-livell ġuridiku (''soft obligation''). Ir-raġuni għar-rikors għal regoli bħal dawn tista' tkun il-bżonn li tinħoloq dixxiplina flessibbli, li tadatta ruħha għall-iżvilupp mgħaġġel ta' ċerti setturi tal-ħajja ekonomika jew soċjali, jew sabiex jinkludu fis-sitema tal-liġi liġijiet ta' ''soft law'' maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali.
 
Wieħed jista' jdaħħal fil-kunċett ta' ''soft law'' anki l-''lex mercatoria'', jiġifieri dak il-korp ta' regoli maħluq mill-komunità tal-kummerċjanti għall-eżiġenzi tal-kummerċ internazzjonali. Dawn huma regoli ta' oriġini diversi, li twieldu l-aktar mill-prassi, b'mod partikolari dik li toħroġ mid-deċiżjonijiet ta' ċerti kmamar internazzjonali importanti tal-arbitraġġ), li iżda, in-natura tagħhom, hija kontroversa ħafna, tant li hemm min saħansitra jiċħad li jeżistu.
 
==Is-''soft law'' fil-bijoetika==
Linja 18:
Il-[[bijoetika]] hi qasam li fih is-''soft law'' għandha rwol rilevanti. Id-dikjarazzjonijiet internazzjonali prinċipali f'dal-qasam (Il-Kodiċi ta' Nurimberga, id-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, ir-Rapport ta' Belmont, il-Prinċipji ta' Barċellona eċċ.) jagħtu punt ta' riferiment komuni li jindirizza u jistimula d-dibattitu fil-qasam tal-etika; huma wkoll opportunità biex jiġu adottati standards fil-pajjiżi fejn qabel fil-qasam ma kienx hemm dixxiplina.
 
L-[[UNESCO]] kienet minn ta' quddiem fl-iżvilupp ta' standards internazzjonali bl-għan li jinkuraġġixxu u jmexxu lill-Istati Membri tal-[[Ġnus Magħquda]] biex jiżguraw li l-attivitajiet bijomediċi jitmexxew bir-rispett kollu lejn id-dinjità tal-bniedem u l-jeddijiet invjolabbli tiegħu. Skont xi awturi is-''soft law'' kellha rwol importanti fir-regolazzjoni ta' dawn il-jeddijiet u għenet biex ikun hemm viżjoni globali tar-rispett u l-ħarsien tagħhom.<ref>[http://www.unesco.de/1507.html?&L=0{{ċita pubblikazzjoni |isem=Roberto |kunjom=Adorno. ''|titlu=The Invaluable Role of Soft Law in the Development of Universal Norms in Bioethics'' (bl|pubblikatur=karta maħruġa waqt il-workshop organizzat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż u l-Kummissjoni tal-UNESCO Ġermaniża |post=Berlin |data=2007-02-15 |lingwa=Ingliż)] }}</ref>
 
== NotiReferenzi ==
{{Referenzi}}
 
{{titlu bil-korsiv}}
 
[[Kategorija:Dritt]]