Torri Mmejjel ta' Pisa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Leli Forte mexxa l-paġna Torri Mxengel ta' Pisa għal Torri Mmejjel ta' Pisa: Titjib
mNo edit summary
Linja 4:
It-Torri Mmejjel ta' Pisa huwa għoli 55.86 metru mill-art min-naħa l-baxxa tiegħu u 56.67 metru min-naħa l-għolja tiegħu. Il-wisa' tal-ħitan fil-bażi tiegħu hija 2.44 metri. Huwa stmat li l-piż tiegħu huwa 14,500 tunnellata metrika.<ref>{{Ċita web|url=https://www.opapisa.it/visita/torre-pendente/|titlu=Torre|lingwa=it|pubblikatur=Opera della Primaziale Pisana}}</ref><ref>{{Ċita web|url=http://torredipisa.historiaweb.net/|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20141114200832/http://torredipisa.historiaweb.net/|arkivju-data=2014-11-14|titlu=Torre di Pisa - guida online informazioni sulla visita|sit=historiaweb.net|lingwa=it}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://www.towerofpisa.org/leaning-tower-of-pisa-facts/|titlu=Leaning Tower of Pisa Facts|lingwa=en|sit=towerofpisa.org}}</ref> Il-kampnar fih 294 jew 296 tarġa; is-seba' sular għandu żewġ tarġiet inqas fil-garigor fin-naħa tat-Tramuntana.
 
It-torri tal-kampnar beda jixxengeljmil waqt il-kostruzzjoni fis-seklu 12, minħabba l-art ratba ta' taħtu li ma setgħetx tiflaħ il-piż tal-istruttura, u kompla jixxengeljmil iktar meta tlestiet il-kostruzzjoni fis-seklu 14. Fl-1964, il-gvern Taljan talab l-għajnuna biex isir xogħol biex it-torri tal-kampnar ma jaqax. Sal-1990, kien ixxengelmiel b'ħames gradi u nofs.<ref>{{Ċita web|url=http://news.bbc.co.uk/2/hi/europe/793432.stm|titlu=Saving the Leaning Tower|pubblikatur=BBC News|data=2001-12-15|lingwa=en|isem=Stephen|kunjom=Mulvey}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://www.britannica.com/topic/Leaning-Tower-of-Pisa|titlu=Leaning Tower of Pisa tower, Pisa, Italy|lingwa=en|pubblikatur=Britannica}}</ref> L-istruttura ġiet stabilizzata permezz ta' xogħlijiet ta' rimedju li saru bejn l-1993 u l-2001, li naqsu xt-xengiltimjil għal 3.97 gradi.<ref>{{Ċita web|url=https://st.ilsole24ore.com/art/SoleOnLine4/Mondo/2007/11/torre-pendente-guinness.shtml|titlu=La Torre di Pisa non è più da Guinness - Il Sole 24 ORE|pubblikatur=Il Sole 24 Ore|lingwa=it|data=2007-11-02}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://www.irishtimes.com/news/leaning-tower-of-pisa-loses-crooked-crown-1.980085|titlu=Leaning tower of Pisa loses crooked crown|isem=Derek|kunjom=Scally|pubblikatur=The Irish Times|lingwa=en|data=2007-11-08}}</ref> It-torri tal-kampnar jiġi ġestit mill-''Opera della Primaziale Pisana'', l-entità li ġġestixxi l-monumenti kollha tal-Pjazza tal-Mirakli ta' Pisa. It-Torri ta' Pisa kien ġie propost bħala wieħed mis-[[seba' għeġubijiet tad-dinja moderna]].
 
== Arkitett ==
Linja 16:
 
[[Stampa:Leaning Tower of Pisa in the 1890s.jpg|xellug|daqsminuri|257x257px|It-Torri Mmejjel ta' Pisa fl-1890]]
It-torri beda jisfrondajċedi wara l-kostruzzjoni kienet waslet sat-tieni sular fl-1178. Dan seħħ minħabba li l-pedamenti ta' xi tliet metri, kienu ġew stabbiliti fuq art dgħajfa u mhux stabbli, jiġifieri d-disinn kien difettuż mill-bidu nett. Sussegwentement, il-kostruzzjoni waqfet għal kważi seklu, peress li r-Repubblika ta' Pisa kienet kważi dejjem involuta f'battalji ma' [[Genova]], [[Lucca]] u [[Firenze]]. B'hekk, kien hemm biżżejjed żmien biex l-art ta' taħt il-pedamenti toqgħod. Li kieku ma kienx hemm dan l-intervall twil fil-kostruzzjoni, wisq probabbli t-Torri Mmejjel ta' Pisa kien jaqa' għalkollox. Fis-27 ta' Diċembru 1233, il-ħaddiem [[Benenato Bottici]], iben [[Gerardo Bottici]], issorvelja t-tkomplija tal-kostruzzjoni tat-torri tal-kampnar.<ref>Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 27 ta' Diċembru 1234.</ref>
 
Fit-23 ta' Frar 1260, [[Guido Speziale]], iben [[Giovanni Pisano]], ġie inkarigat biex jissorvelja l-kostruzzjoni tat-torri.<ref>Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 23 ta' Frar 1260.</ref> Fit-12 ta' April 1264, il-bennej ewlieni jew mastru bennej [[Giovanni di Simone]], arkitett taċ-Ċimiterju Monumentali, flimkien ma' 23 ħaddiem marru lejn il-muntanji qrib Pisa biex jaqtgħu l-irħam għat-torri tal-kampnar. L-irħam li ġie maqtugħ ingħata lil [[Rainaldo Speziale]], ħaddiem ta' [[San Franġisk t'Assisi|San Franġisk]].<ref>Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 12 ta' April 1265.</ref> Fl-1272, il-kostruzzjoni tkompliet taħt it-tmexxija ta' Di Simone. Fi sforz biex jiġu kkumpensat ixit-xengiltimjil, l-inġiniera bnew is-sulari ta' fuq b'naħa itwal mill-oħra. Minħabba f'hekk, it-torri ġej għat-tond.<ref>{{ċita ktieb|kunjom=McLain|isem=Bill|sena=1999|titlu=Do Fish Drink Water?|post=New York|pubblikatur=William Morrow and Company, Inc.|paġni=291–292|isbn=0-688-16512-5|lingwa=it}}</ref> Il-kostruzzjoni reġgħet waqfet fl-1284 meta r-Repubblika ta' Pisa tilfet kontra dik ta' Genova fil-[[Battalja ta' Meloria]].<ref name=":0" /><ref>{{ċita ktieb|editur=Touring club italiano|sena=2005|titlu=Authentic Tuscany|pubblikatur=Touring Editore|paġni=64|isbn=9788836532971|lingwa=en}}</ref>
 
[[Stampa:Plaque galileo.jpg|daqsminuri|308x308px|Lapida li tfakkar l-esperimenti li kien iwettaq Galileo f'Pisa]]
Linja 31:
=== Restawr ===
[[Stampa:Pisa schiefer turm gewichte 1998 01.jpg|xellug|daqsminuri|247x247px|Kontropiżijiet temporanji]]
Saru diversi sforzi biex it-Torri Mmejjel ta' Pisa jiġi ddrittat jew minn tal-inqas ma jaqax għalkollox. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-isforzi ma rnexxewx; uħud saħansitra żiedu xt-xengiltimjil. Fis-27 ta' Frar 1964, il-gvern tal-Italja talab l-għajnuna biex it-torri ma jitħalliex jaqa'. Madankollu, ġie kkunsidrat li l-grad ta' xengiltimjil kellu jibqa' kif inhu minħabba r-rwol li kellu għall-promozzjoni tat-turiżmu f'Pisa.<ref>{{Ċita aħbar|data=1987-11-01|titlu=FOLLOW-UP ON THE NEWS; Securing the Lean In Tower of Pisa (Published 1987)|url=https://www.nytimes.com/1987/11/01/nyregion/follow-up-on-the-news-securing-the-lean-in-tower-of-pisa.html|pubblikatur=The New York Times|lingwa=en}}</ref>
 
Mill-1993, bdew jitqiegħdu 870 tunnellata ta' kontropiżijiet taċ-[[ċomb]] ħdejn il-bażi tat-torri tal-kampnar, u b'hekk beda jiddritta kemxejn.<ref>{{Ċita aħbar|titlu=Tipping The Balance|url=http://content.time.com/time/magazine/article/0,9171,1000167,00.html|pubblikatur=Time|lingwa=en|data=2001-01-25}}</ref>
 
It-Torri Mmejjel ta' Pisa ngħalaq għall-pubbliku fis-7 ta' Jannar 1990, wara iktar minn żewġ deċennji ta' studji dwar l-istabbilizzazzjoni u xprunat mill-waqgħa f'daqqa tat-Torri Ċiviku ta' [[Pavia]] fl-1989.<ref>{{Ċita aħbar|isem=Paul|kunjom=Hofmann|data=1989-07-30|titlu=Italy's Endangered Treasures (Published 1989)|url=https://www.nytimes.com/1989/07/30/travel/italy-s-endangered-treasures.html|pubblikatur=The New York Times|lingwa=en}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://www.latimes.com/archives/la-xpm-1989-03-18-mn-119-story.html|titlu=900-Year-Old Bell Tower Collapses in Italy; Three Killed|isem=William D.|kunjom=Montalbano|data=1989-03-18|pubblikatur=Los Angeles Times|lingwa=en}}</ref> Il-qniepen tneħħew biex jitnaqqas ftit mill-piż, u twaħħlu kejbils tal-[[azzar]] mit-tielet sular u li ġew ankrati diversi metri lil hinn mit-Torri ta' Pisa. L-appartamenti u d-djar li kieku kienu jiġu milquta f'każ li t-torri kellu jaqa' ġew evakwati għas-sikurezza. Il-metodu li ntgħażel għall-prevenzjoni tal-waqgħa tat-torri kien li jitnaqqsu kemxejn il-gradi taxtat-xengiltimjil tiegħu billi jitneħħew 38 metru kubu ta' [[ħamrija]] minn taħt it-torri min-naħa olzata mill-art. Il-gradi taxtat-xengiltimjil tat-torri tal-kampnar tnaqqsu b'45 ċentimetru, u b'hekk it-torri reġa' lura għal kif kien fl-1838. Wara deċennju ta' rikostruzzjoni korrettiva u sforzi ta' stabbilizzazzjoni, it-torri reġa' nfetaħ għall-pubbliku fil-15 ta' Diċembru 2001, u ġie ddikjarat li kien stabbli għal minn tal-inqas 300 sena oħra. B'kollox, tneħħew 70 tunnellata metrika ta' ħamrija.<ref name=":1">{{Ċita aħbar|data=2008-05-28|titlu=Pisa's leaning tower 'stabilised'|url=http://news.bbc.co.uk/2/hi/europe/7423957.stm|pubblikatur=BBC News|isem=Mark|kunjom=Duff|lingwa=en}}</ref>
 
Wara fażi ta' tisħiħ strutturali mill-1990 sal-2001<ref>{{Ċita web|url=http://www.ingenia.org.uk/ingenia/articles.aspx?Index=322|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20120127115940/http://www.ingenia.org.uk/ingenia/articles.aspx?Index=322|arkivju-data=2012-01-27|titlu=Ingenia Articles|pubblikatur=Ingenia|isem=John|kunjom=Burland|lingwa=en}}</ref>, it-torri sarlu restawr gradwali tas-superfiċe biex il-ħsara viżibbli tiġi restawrata, l-iktar il-[[korrożjoni]] u s-swidija mit-[[tniġġis]]. Dawn kienu waslu fi stat gravi minħabba l-età tat-torri u mill-esponiment tiegħu għar-riħ, għax-xita u għat-tniġġis.<ref>{{Ċita web|url=http://piazza.opapisa.it/index_pdm.html|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20091025182652/http://piazza.opapisa.it/index_pdm.html|arkivju-data=2009-10-25|titlu=Piazza dei Miracoli: la Piazza del Duomo di Pisa|pubblikatur=Opera della Primaziale Pisana|lingwa=it}}</ref> F'Mejju 2008, l-inġiniera ħabbru li t-torri kien ġie stabbilizzat u għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu kien waqaf jiċċaqlaq. Huma ddikjaraw li kien se jibqa' stabbli għal minn tal-inqas 200 sena.<ref name=":1" /> Wara għoxrin sena ta' xogħlijiet ta' tindif tat-tniġġis u tal-ħmieġ minn fuq l-irħam abjad tat-torri tal-kampnar b'diversi armar imwaħħal miegħu, fit-22 ta' April 2011 ix-xogħlijiet tlestew għalkollox kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa u tneħħa l-armar kollu tar-restawr.<ref>{{Ċita web|url=https://www.corriere.it/cultura/11_aprile_22/gasperetti-torre-pisa-fine-restauro_dc6d923e-6cdc-11e0-902f-2f9ba9bc9f1b.shtml|titlu=Bianca e lucente come in origine Ecco la nuova Torre di Pisa|pubblikatur=Corriere della Sera|data=2011-04-22|isem=Marco|kunjom=Gasperetti|lingwa=it}}</ref>
 
=== Terremoti ===
Minn tal-inqas erba' [[Terremot|terremoti]] b'saħħithom heżżew ir-reġjun mill-1280 'l hawn, iżda t-Torri Mmejjel ta' Pisa baqa' qawwi u sħiħ sa llum. Ir-raġuni ma kinitx magħrufa qabel ma grupp ta' riċerkaturi ta' 16-il inġinier bdew jinvestigaw. Ir-riċerkaturi kkonkludew li t-Torri ta' Pisa seta' jiflaħ it-theżżiżiet minħabba l-interazzjoni dinamika bejn il-ħamrija u l-istruttura: l-għoli u r-robustezza tat-Torri ta' Pisa, flimkien mal-ħamrija ratba taħt il-pedamenti, jinfluwenzaw il-karatteristiċi tal-[[vibrazzjoni]] tal-istruttura b'tali mod li t-torri tal-kampnar ma jbatix mir-[[risonanza]] meta l-art tiċċaqlaq minħabba xi terremot. L-istess ħamrija ratba taħt il-pedamenti li kkawżat ixit-xengiltimjil u wasslet biex it-torri kważi jasal biex jaqa' għalkollox, fil-każ tat-terremoti salvatu.<ref>{{Ċita web|url=https://www.sciencedaily.com/releases/2018/05/180509105004.htm|titlu=500-year-old Leaning Tower of Pisa mystery unveiled by engineers|lingwa=en|pubblikatur=Science Daily|data=2018-05-09}}</ref>
 
== Tagħrif tekniku ==
Linja 51:
* Dijametru ta' barra tal-bażi: 15.484-il metru<ref name=":2" />
* Dijametru ta' ġewwa tal-bażi: 7.368 metri<ref name=":2" />
* Anglu taxtat-xengiltimjil: 3.97 gradi jew 3.9 metri mill-vertikali<ref>{{Ċita web|url=https://en.trend.az/world/other/1072751.html|titlu=German steeple beats Leaning Tower of Pisa into Guinness book|data=2007-11-09|lingwa=en|pubblikatur=Trend News Agency}}</ref>
* Piż: 14,700 tunnellata metrika<ref>{{Ċita ktieb|kunjom1=Strom|isem1=Steven|kunjom2=Nathan|isem2=Kurt|kunjom3=Woland|isem3=Jake|kunjom4=Lamm|isem4=David|data=2009-09-28|titlu=Site Engineering for Landscape Architects|pubblikatur=John Wiley and Sons|paġni=124|isbn=9780471695493|lingwa=en}}</ref>
* Ħxuna tal-ħitan fil-bażi: 2.44 metri