Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m Modifiki annullati ta' 195.158.88.151 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Chrisportelli
Tag: Rollback
Linja 2:
[[Stampa:La mejor Hinchada de Futbol Argentino.jpg|thumb|Fil-futbol, ​​l-iskop fundamentali tas-sapporters huwa li jħeġġeġ lit-tim tagħhom waqt il-partita.]]
 
Il-'''futbol''' huwa [[sport tat-timijiet]] u jintlagħab bejn żewġ timijiet ta' ħdax-il plejer kull wieħed. Dan l-isport hu kkunsidrat fost l-iktar [[sport]] famuż u segwit madwar id-dinja.<ref>{{ċita web|url=http://encarta.msn.com/encyclopedia_761572379/Soccer.html |titlu=Soccer |publikatur=Encarta |aċċess=19-05-2008 |lingwa=Ingliż}}</ref><ref>{{ċita aħbar |titlu=Soccer Popularity In U.S. |uxrl=http://www.kxan.com/global/story.asp?s=5019143 |publikatur=KXAN |data=12-06-2006 |aċċessdata=08-04-2008 |kwotazzjoni=Soccer is easily the most popular sport worldwide, so popular that much of Europe practically shuts down during the World Cup. |lingwa=Ingliż}}</ref> Din il-logħba tintlagħab fuq [[grawnd tal-futbol|grawnd]] rettangulari tal-ħaxix jew wieħed artifiċjali, b'żewġ lasti fuq kull naħa. L-objettiv tal-logħba hu li wieħed jiskorja billi jimmanuvra l-[[ballun tal-futbol|ballun]] fil-lasta opposta. Ġeneralment, il-[[gowlkiper (futbol)|gowlkiper]] huwa l-uniku plejer li huwa permess li juża' idejh jew driegħu biex jimpedixxi l-ballun; il-kumplament tat-tim, ħafna drabi, juża' saqajh biex jixxutja l-ballun, u xi drabi wkoll jużaw is-[[sider]] jew rashom biex jinterċettu l-ballun 'il fuq mill-art. It-tim li jiskorja l-aktar gowls sal-aħħar tal-partita jirbaħ. Jekk l-iskor jibqa' pari fl-aħħar tal-logħba, jew jiġi ddikjarat li pari hu r-riżultat tal-partita, jew inkella l-partita tmur fil-[[ħin supplementari]] u/jew fl-[[għoti tal-penalties]], skont il-format tal-kompetizzjoni.
 
Il-logħba moderna ġiet standarizzata fl-[[Ingilterra]] wara l-formazzjoni tal-[[The Football Association|Football Association]], fejn ir-[[Regoli tal-futbol|Regoli tal-Logħba]] tal-1863 iffurmaw il-pedamenti ta' kif tintlagħab il-logħba. Il-futbol hu mmexxi fuq bażi internazzjonali mill-[[FIFA|Fédération Internationale de Football Association]] (Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol), magħrufha aħjar bl-akronimu tal-FIFA. L-iktar kompetizzjoni prestiġjuża għal dan l-isport hi t-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol|Tazza tad-Dinja]], li ssir kull erba' snin. Dan l-avveniment, li hu l-aktar avveniment segwit fid-dinja, jattira d-doppju tal-udjenza li ssegwi l-[[Logħob Olimpiku tas-sajf]].
 
== Storja u l-iżvilupp tal-logħba ==