Michelangelo Merisi da Caravaggio: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
tindif ħafif
→‎Ħajtu: tindif ta' ref
Linja 5:
== Ħajtu ==
 
Meta Michelangelo kellu biss ]ames snin, missieru u nannuh mietu bil-pesta, (1576). Fl-1584, meta Michelangelo kellu tlettax-il sena daħal apprentist ma' Simone Peterzano, pittur Milaniż li kien affaxxinat bl-arti Venezjana.Meta mietet ommu fl-1589 Michelangelo telaq minn Milan u mar jgħix Ruma.<ref name=":0">{{Ċita ktieb|kunjom=Debono|isem=Sandro|titlu=Understanding Caravaggio and his Art in Malta|lingwa=Ingliż|pubblikatur=Heritage Books|isbn=978-99932-7-164-2}}</ref>
 
Hemm għall-ewwel xhur sofra l-faqar u lanqas biss kellu fejn jgħix. Wara xi żmien kien inġabar ma' ċertu Pandolfo Pucci, magħruf bħala 'Monsignore Insalata'. Imbagħad hħamel tmien xhur jaħdem mal-pittur Giuseppe Cesari, il-pittur favorit tal-Papa Klement VIII. Ix-xogħol li kien jagħmel kien wieħed li ma jirrikjedix ħila artistika.<ref>{{Ċita web|url=https://en.wikipedia.org/wiki/Caravaggio|titlu=Caravaggio|data-aċċess=|arkivju-data=08.08.2021.}}</ref> Minkejja dan, f'dan iż-żmien Caravaggio kien diġà rnexxielu joħloq kapulavuri kbar, bħal ma nistgħu nsemmu, 'It-Tifel iqaxxar il-frott', 'Il-Baskett tal-Frott' u 'l-Bacchus Marid'. Jidher li dan tal-aħħar kienet autoritratt tiegħu nnifsu. Fix-xogħol tiegħu Caravaggio kien ineħħi l-idealiżmu tas-suġġett u minflok kien jitrattah b'mod l-aktar naturali. Biss dan l-istil tiegħu ma niżilx tajjeb mal-pubblika u nies intiżi fl-arti għax dawn kienu mdorrijien għall-istil Rinaxximentali ta' Raffelo u Michelangelo Buonaroti.<ref>{{Ċita ktieb|kunjomname=Debono|isem=Sandro|titlu=Understanding Caraggio and his Art in":0" Malta}}</ref>
 
Kien fl-1595 li x-xogħol artistiku ta' Caravaggio laqat l-għajn tal-Cardinal Francesco Maria del Monte, Venezjan. li kien jaf il-familja Medici ta' Firenze. Del Monte kellu ħafna ħbieb oħra li kienu bdew jinteressaw ruħhom fix-xogħlijiet ta' Caravaggio. Dawn bdew jordnaw xi xogħlijiet mingħandu. Il-familja ta' bankiera minn Ġenova, ta' Ottavio Costa u dik ta' Crescenzi xtraw ukoll xi pitturi mingħand Caravaggio. Kien dan iż-żmien li għamel xi ħbieb li għenuh biex jimxi 'l quddiem fil-karriera tiegħu. Dawn kienu l-pittur Prospero Orsi, l-arkitett Onorio Longhi, u l-Isqalli Mario Minitti.
Linja 13:
L-ewwel pitturi ta 'Caravaggio fuq temi reliġjużi reġgħu lura għar-realiżmu, u l-emerġenza ta' spiritwalità notevoli. L-ewwel waħda minn dawn kienet 'il-Maddalena Penitenti', li turi lil Marija Maddalena fil-mument meta tbiegħdet mill-ħajja tad-dnub u tidher mitfuha mal-art tibki, il-ġawhar tagħha mxerred madwarha.
 
Fl-1599, meta kellu 24 sena, Caravaggio ġie ikkummissjonat biex ipitter il-kappella '''Contarelli,'''<ref>{{Ċita web|url=https://en.wikipedia.org/wiki/Contarelli_Chapel|titlu=Contarelli Chapel|sit=Wikipedia|data-aċċess=08.08.2021}}</ref> parti mill-knisja San Luigi dei Francesi ġewwa Ruma. Hawn pitter tliet pitturi kbar dwar il-ħajja ta' [[San Mattew]]. Caravaggio dam kważi sitt snin jaħdem fuq dan il-proġett. Ġie li kellu jibdel xi pitturi minħabba l-indħil mill-kanonċi tal-knisja. Din il-biċċa xogħol għamlitu famuż u d-domanda għax-xogħlijiet tiegħu bdiet tiżdied. Issa, Caravaggio sar magħruf bħala, ''egregius in urbe pictor'' (il-pittur famuż tal-belt).<ref>{{Ċita ktieb|kunjomname=Debono|isem=Sandro|titlu=Understanding Caravaggio and his Art in":0" Malta}}</ref>
 
F'dan iż-żmien Caravaggio kien għaddej minn ħafna burraxki ta' burdati vjolenti, tendenza li kienet minn dejjem tagħmel parti mill-karattru tiegħu. Issa beda jxellef difrejh mal-ġustizzja. Insibu li sawwat pittur, fera suldat, tefa' l-ġebel lill-gwardjani Rumani, inqabad bl-armi fuqu, kellu xi jgħid minħabba l-maħbuba tiegħu u fl-aħħar, f'Ottubru tal-1606 fi ġlieda li kellu fit-triq, Caravaggio qatel lil Ranuccio Tomassoni. Wara d-delitt ħarab minn Ruma biex ma jinqbadx mill-ġustizzja għax kien ħareġ bandu biex jinqabad.
 
Caravaggio l-ewwel mar [[Napli]], imbagħad f'Ġunju tal-1607 telaq min-Napli u mbarka fuq xieni tal-Ordni ta' San Ġwann u ħarab lejn [[Malta]]. Fuq l-istess mirkeb kien hemm il-kavallier Fra Ippolito Malaspina li wara li saru jafu l-xulxin, tal-aħħar rnexxilu jakkwista pittura ta' San Ġlormu (illum fl-Oratorju tal-Konkatidral flimkien mal-pittura tal-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann il-Battista.<ref>{{Ċita ktieb|kunjomname=Debono|isem=Sandro|titlu=Understanding":0" Caravaggio and his Art in Malta}}</ref> Sa dak iż-żmien Caravaggio kien magħruf sew. Il-[[Alof de Wignacourt|Gran Mastru Wignacourt]] kien jaf min hu u li kien pittur gwapp. Caravaggio tħabbeb mal-Gran Mastru u mal-Ordni u fil-ħmistax-il xahar li dam Malta (tlieta minnhom fil-ħabs) pinġa mill-inqas ħames pitturi. L-ikbar biċċa xogħol ta' Caravaggio f'Malta tibqa' l-'Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann', fl-Oratorju tal-knisja konventwali tal-Ordni. Din lestiha f'Awissu tal-1608. Fl-14 ta' Lulju, jiġifieri xaħar qabel ma lesta din il-pittura għall-oratorju, Il-Gran Mastru Wignacourt onorah billi għamlu Kavallier tal-Ġustizzja. Biss sa ftit qabel ma kellha tkun imqiegħda f'posta din il-pittura, fid-29 ta' Awwissu. Caravaggio reġa' kellu xi jgħid ma' xi kavallieri u spiċċa anki ġie fl-idejn. Hu kien arrestat u mitfugħ fil-Kastell Sant'Anġlu l-Birgu. Wara xi tliet xhur maqful hemm, Caravaggio irnexxielu jaħrab, x'aktarx bl-għajnuna ta' xi ħadd imlaħħaq fl-Ordni, u mbarka fuq mirkeb u ħarab lejn Sqallija. Niżel Sirakuża u minn hemm mar lejn Messina u wara Palermo. Wara minn hemm kompla fi triqtu lejn biex minn hemm mar fil-belt żgħira ta' Porto Ercole qrib Ruma, jistenna dejjem li jingħata maħfra mill-Papa għall-qtil ta' Ranuccio Tomassoni li kien ikkommetta f'Ruma fl-1606. Caravaggio miet ħesrem f'din il-belt, x'aktarx b'xi xemxata, fit-18 ta' Lulju 1610.<ref>{{Ċita ktieb|kunjomname=Debono|isem=Sandro|titlu=Understanding":0" Caravaggio and his Art in Malta}}</ref>
 
== L-arti Karavaġġeska ==