Michelangelo Merisi da Caravaggio: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
tindif ħafif
Linja 18:
 
Caravaggio l-ewwel mar [[Napli]], imbagħad f'Ġunju tal-1607 telaq min-Napli u mbarka fuq xieni tal-Ordni ta' San Ġwann u ħarab lejn [[Malta]]. Fuq l-istess mirkeb kien hemm il-kavallier Fra Ippolito Malaspina li wara li saru jafu l-xulxin, tal-aħħar rnexxilu jakkwista pittura ta' San Ġlormu (illum fl-Oratorju tal-Konkatidral flimkien mal-pittura tal-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann il-Battista.<ref>{{Ċita ktieb|kunjom=Debono|isem=Sandro|titlu=Understanding Caravaggio and his Art in Malta}}</ref> Sa dak iż-żmien Caravaggio kien magħruf sew. Il-[[Alof de Wignacourt|Gran Mastru Wignacourt]] kien jaf min hu u li kien pittur gwapp. Caravaggio tħabbeb mal-Gran Mastru u mal-Ordni u fil-ħmistax-il xahar li dam Malta (tlieta minnhom fil-ħabs) pinġa mill-inqas ħames pitturi. L-ikbar biċċa xogħol ta' Caravaggio f'Malta tibqa' l-'Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann', fl-Oratorju tal-knisja konventwali tal-Ordni. Din lestiha f'Awissu tal-1608. Fl-14 ta' Lulju, jiġifieri xaħar qabel ma lesta din il-pittura għall-oratorju, Il-Gran Mastru Wignacourt onorah billi għamlu Kavallier tal-Ġustizzja. Biss sa ftit qabel ma kellha tkun imqiegħda f'posta din il-pittura, fid-29 ta' Awwissu. Caravaggio reġa' kellu xi jgħid ma' xi kavallieri u spiċċa anki ġie fl-idejn. Hu kien arrestat u mitfugħ fil-Kastell Sant'Anġlu l-Birgu. Wara xi tliet xhur maqful hemm, Caravaggio irnexxielu jaħrab, x'aktarx bl-għajnuna ta' xi ħadd imlaħħaq fl-Ordni, u mbarka fuq mirkeb u ħarab lejn Sqallija. Niżel Sirakuża u minn hemm mar lejn Messina u wara Palermo. Wara minn hemm kompla fi triqtu lejn biex minn hemm mar fil-belt żgħira ta' Porto Ercole qrib Ruma, jistenna dejjem li jingħata maħfra mill-Papa għall-qtil ta' Ranuccio Tomassoni li kien ikkommetta f'Ruma fl-1606. Caravaggio miet ħesrem f'din il-belt, x'aktarx b'xi xemxata, fit-18 ta' Lulju 1610.<ref>{{Ċita ktieb|kunjom=Debono|isem=Sandro|titlu=Understanding Caravaggio and his Art in Malta}}</ref>
 
== L-arti Karavaġġeska ==
'''L-Arti KARAVAĠĠESKA'''   Dan hu l-stil li introduċa Caravaggio u li ħajjar lil ħafna pitturi oħrajn jagħmlu bħalu. Caravaggio jibqa’ jissemma bħala l-ewwel u l-aqwa esponent tal-istil ta' arti magħruf bħala [[Chiaroscuro]]. It-terminu ‘Karavaġġesk’ jirriferi wkoll għal karatteristiċi oħra li dan il-pittur kien tant magħruf għalihom. Caravaggio kien jagħżel il-mudelli tiegħu min-nies kwalunkwe li kien jiltaqa’ magħhom. Fl-arti Karavaġġeska jispiċċa l-idealiżmu tas-sbuħija u l-perfezzjoni tal-figura umana. Minflok tispikka r-realtà bid-difetti u anki l-kruha kollha tagħha. Hekk pereżempju fil-pittura ta’ San Ġirolmu li hemm fl-Oratorju ta’ San Ġwann, dan il-karattru hu rrappreżentat bil-fattizzi li jagħmluh bniedem kwalunkwe u li sata' li kien jeżisti verament. F'dan ir-ritratt nosservaw il-ġilda mkemmxa tal-pala ta’ id il-qaddis li għandha ton ta' kulur differenti minn dik ta’ driegħu li hi bajdanija - bħal ma wieħed jara fir-realtà meta bniedem ikun liebes il-ħwejjeġ u protett mix-xemx. Karatteristika oħra importanti ta’ Caravaggio hi l-kompożizzjoni tal-pittura bis-saħħa tad-dawl bħal ma naraw fil-kapulavur tiegħu, ‘il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann. Hawn naraw id-dawl fuq l-iġsma tal-karattri ġej minn sors wieħed, minn fuq, bħalikieku l-uniku dawl dieħel mit-tieqa li hemm fis-saqaf tal-oratorju. Fl-arti, dan id-dawl jissejjaħ, ''luce del cantina.''
 
== Referenzi ==

[[Kategorija:Pitturi Taljani|Caravaggio]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1573|Caravaggio]]