Kleopatra VII: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
infobox
No edit summary
Linja 90:
Fis-46 Q.K. Kleopatra marret [[Ruma]] ma' binha li kien għadu kif twieled u baqgħet hemm sal-mewt ta' Ċesri, fl-44 Q.K. Fis-sajf tal-istess sena Tolomew XIV miet, forsi vvalenat minn Kleopatra nnifisha, li ftit wara ħatret lil Ċesarjun bħala l-koreġġent tagħha, u dan ħa l-isem ta' ''Tolomew XV Ċesri''.
 
Fit-42 Q.K. [[Marku Antonju]], wieħed mit-[[trijumvirat]] li kien jiggverna Ruma wara l-vojt fil-poter li ħallaħalliet lil-mewt ta' Ċesri, talab lil Kleopatra biex tiltaqa' miegħu f'[[Tarsu fiċ-Ċiliċja|Tarsu]] biex jivverifika l-lealtà tagħha. Antonio mbagħad mar warajha Lixandra, fejn baqa' għas-sena ta' wara kollha. Mill-unjoni tagħhom twieldu tewmin [[Kleopatra VIII|Kleopatra Selene]] u [[Alessandru Helios]].
 
Erba' snin wara, fl-37 Q.K., waqt li kien qiegħed jivvjaġġa għall-gwerra kontra l-[[Parti]], Antonju ltaqa' ma' Kleopatra f'[[Antjokja]], fejn iżżewwġu, minkejja li Antonju kellu rabta ma' [[Ottavja]], oħt [[Ottavjanu]]. Ftit wara twieled iben ieħor, [[Tolomew Filadelfu (bin Marku Antonju)|Tolomew Filadelfu]]. Ottavja ntbagħtet lura lejn Ruma. Wara l-konkwista tal-[[Armenja]] fl-34 Q.K., immexxija minn Antonju bl-għajnuna finanzjarja tal-Eġittu, it-tnejn flimkien iċċelebraw it-trijonf f'Lixandra.